Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0766

    Kawża T-766/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2022 – PrenzMarien vs EUIPO – Molson Coors Brewing Company (UK) (STONES) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea STONES – Dikjarazzjoni ta’ revoka parzjali – Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Użu ġenwin fl-Unjoni – Artikolu 19(1) u Artikolu 10(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625”)

    ĠU C 198, 16.5.2022, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 198, 16.5.2022, p. 30–30 (GA)

    16.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 198/39


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2022 – PrenzMarien vs EUIPO – Molson Coors Brewing Company (UK) (STONES)

    (Kawża T-766/20) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea STONES - Dikjarazzjoni ta’ revoka parzjali - Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Użu ġenwin fl-Unjoni - Artikolu 19(1) u Artikolu 10(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625”)

    (2022/C 198/56)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: PrenzMarien GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kloth, R. Briske u D. Habel, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Raponi u D. Hanf, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Molson Coors Brewing Company (UK) Ltd (Burton Upon Trent, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: H.-M. Elo u E. Hodge, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Settembru 2020 (Każ R 274/2020-2), dwar proċedura ta’ revoka bejn PrenzMarien u Molson Coors Brewing Company (UK).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    PrenzMarien GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 62, 22.2.2021.


    Top