EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0433

Kawża T-433/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – KY vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni Ewropea – Trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni – Akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Restituzzjoni tal-ammont tad-drittijiet għall-pensjoni mhux meħuda inkunsiderazzjoni fis-sistema ta’ kalkolu tas-snin ta’ servizz pensjonabbli tal-Unjoni – Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Regola tal-‘minimu tas-sussistenza’ – Arrikkiment indebitu”)

ĠU C 37, 24.1.2022, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – KY vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-433/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni Ewropea - Trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni - Akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Restituzzjoni tal-ammont tad-drittijiet għall-pensjoni mhux meħuda inkunsiderazzjoni fis-sistema ta’ kalkolu tas-snin ta’ servizz pensjonabbli tal-Unjoni - Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Regola tal-‘minimu tas-sussistenza’ - Arrikkiment indebitu”)

(2022/C 37/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: KY (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenut: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram u A. Ysebaert, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita, ikkonfermata mid-deċiżjoni espliċita tal-10 ta’ Ottubru 2019, li tiċħad it-talba għal restituzzjoni tal-parti mhux akkreditata tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħha fis-servizz u ttrasferiti lejn l-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

KY hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2020.


Top