EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0168

Kawża T-168/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Creaton South-East Europe vs EUIPO – Henkel (CREATHERM) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CREATHERM – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti CERETHERM – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

ĠU C 217, 7.6.2021, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Creaton South-East Europe vs EUIPO – Henkel (CREATHERM)

(Kawża T-168/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CREATHERM - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti CERETHERM - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 217/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Creaton South-East Europe Kft. (Lenti, l-Ungerija) (rappreżentanti: J. Muyldermans u P. Maeyaert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Markakis u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Henkel AG & Co. KGaA (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Jannar 2020 (Każ R 1090/2019-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Henkel u Creaton South-East Europe.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Creaton South-East Europe Kft hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.


Top