Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0617

    Kawża C-617/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Novembru 2020 – T.N., N.N. vs E.G.

    ĠU C 53, 15.2.2021, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 53/24


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Novembru 2020 – T.N., N.N. vs E.G.

    (Kawża C-617/20)

    (2021/C 53/31)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Lanjanti: T.N., N.N.

    Rikorrent: E.G.

    Domandi preliminari

    Il-Qorti tal-Ġustizzja hija adita bid-domandi preliminari li ġejjin rigward l-interpretazzjoni tal-Artikoli 13 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (1):

    1)

    Id-dikjarazzjoni dwar ir-rinunzja magħmula minn werriet quddiem il-qorti ta’ Stat Membru li għandha ġurisdizzjoni għar-residenza abitwali tiegħu, li tosserva r-rekwiżiti formali applikabbli quddiem din il-qorti, tissostitwixxi d-dikjarazzjoni dwar ir-rinunzja li għandha ssir quddiem il-qorti ta’ Stat Membru ieħor, li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar is-suċċessjoni wara mewt, b’tali mod li l-validità ta’ din id-dikjarazzjoni titqies li ġiet fis-seħħ fid-data li fiha saret l-imsemmija dikjarazzjoni (sostituzzjoni)?

    2)

    Fil-każ li l-ewwel domanda għandha tingħata risposta fin-negattiv:

    Il-werriet li jirrinunzja u li, b’osservanza tar-rekwiżiti formali, jagħmel dikjarazzjoni dwar ir-rinunzja quddiem il-qorti li għandha ġurisdizzjoni għar-residenza abitwali tiegħu għandu, barra minn hekk, sabiex din id-dikjarazzjoni tkun valida, jinforma b’dan lill-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar is-suċċessjoni wara mewt?

    3)

    Fil-każ li l-ewwel domanda għandha tingħata risposta fin-negattiv, u t-tieni domanda, risposta fl-affermattiv:

    a)

    Il-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar is-suċċessjoni wara mewt għandha tiġi indirizzata fil-lingwa tal-forum sabiex id-dikjarazzjoni dwar ir-rinunzja tkun valida, b’mod partikolari fir-rigward tal-osservanza tat-termini stabbiliti għar-rinunzja mis-suċċessjoni quddiem dik il-qorti?

    b)

    L-oriġinali kif ukoll traduzzjoni tal-atti dwar ir-rinunzja maħruġa mill-qorti li għandha ġurisdizzjoni għar-residenza abitwali tal-werriet li jirrinunzja għandhom jiġu sottomessi lill-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar is-suċċessjoni wara mewt sabiex id-dikjarazzjoni dwar ir-rinunzja tkun valida, b’mod partikolari fir-rigward tal-osservanza tat-termini stabbiliti għar-rinunzja mis-suċċessjoni quddiem dik il-qorti?


    (1)  ĠU 2012, L 201, p. 107; rettifiki fil-ĠU 2012, L 344, p. 3 u fil-ĠU 2013, L 60, p. 140.


    Top