Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0514

    Kawża C-514/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – Il-Ġermanja) – DS vs Koch Personaldienstleistungen GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 31(2) – Direttiva 2003/88/KE – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Artikolu 7 – Leave annwali – Ħin tax-xogħol – Sahra – Kalkolu tal-ħin tax-xogħol fuq bażi ta’ xahar – Assenza ta’ żieda għas-sahra fil-każ ta’ teħid ta’ leave)

    ĠU C 109, 7.3.2022, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 109, 7.3.2022, p. 5–5 (GA)

    7.3.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 109/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – Il-Ġermanja) – DS vs Koch Personaldienstleistungen GmbH

    (Kawża C-514/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 31(2) - Direttiva 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Artikolu 7 - Leave annwali - Ħin tax-xogħol - Sahra - Kalkolu tal-ħin tax-xogħol fuq bażi ta’ xahar - Assenza ta’ żieda għas-sahra fil-każ ta’ teħid ta’ leave)

    (2022/C 109/15)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesarbeitsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: DS

    Konvenut: Koch Personaldienstleistungen GmbH

    Dispożittiv

    L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, moqri fid-dawl tal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv li permezz tagħha, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-limitu tas-sigħat maħduma li jagħti dritt għal żieda għas-sahra jintlaħaqx, is-sigħat li jikkorrispondu għall-perijodu ta’ leave annwali mħallas meħud mill-ħaddiem ma jittiħdux inkunsiderazzjoni bħala sigħat ta’ xogħol maħduma.


    (1)  ĠU C 19, 18.1.2021.


    Top