Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0396

    Kawża C-396/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – CHEP Equipment Pooling NV vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Modalitajiet tar-rimbors tal-VAT għal persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fl-Istat Membru tar-rimbors – Direttiva 2008/9/KE – Artikolu 20(1) – Talba għal informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru tar-rimbors – Elementi li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ talba għal informazzjoni addizzjonali – Nuqqas ta’ qbil bejn is-somma li tinsab fuq it-talba għal rimbors u s-somma li tinsab fuq il-fatturi prodotti – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prinċipju ta’ newtralità tal-VAT – Terminu ta’ dekadenza – Konsegwenzi fuq ir-rettifika tal-iżball tal-persuna taxxabbli)

    ĠU C 513, 20.12.2021, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 513/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – CHEP Equipment Pooling NV vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

    (Kawża C-396/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Modalitajiet tar-rimbors tal-VAT għal persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fl-Istat Membru tar-rimbors - Direttiva 2008/9/KE - Artikolu 20(1) - Talba għal informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru tar-rimbors - Elementi li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ talba għal informazzjoni addizzjonali - Nuqqas ta’ qbil bejn is-somma li tinsab fuq it-talba għal rimbors u s-somma li tinsab fuq il-fatturi prodotti - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Prinċipju ta’ newtralità tal-VAT - Terminu ta’ dekadenza - Konsegwenzi fuq ir-rettifika tal-iżball tal-persuna taxxabbli)

    (2021/C 513/19)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Kúria

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: CHEP Equipment Pooling NV

    Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

    Dispożittiv

    L-Artikolu 20(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor, moqri fid-dawl tal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru tar-rimbors, fil-każ fejn din tkun kisbet iċ-ċertezza, jekk ikun il-każ fid-dawl tal-informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-persuna taxxabbli, li s-somma tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input effettivament imħallsa, kif imsemmija fil-fattura mehmuża mat-talba għal rimbors, tkun ogħla mis-somma li tinsab f’din it-talba, tagħmel rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud sa din l-aħħar somma biss, mingħajr ma tkun stiednet lill-persuna taxxabbli minn qabel, b’diliġenza u bl-użu tal-mezzi li jidhru l-iktar xierqa għaliha, sabiex tirrettifika t-talba tagħha għal rimbors permezz ta’ talba meqjusa li tressqet sad-data tat-talba oriġinali.


    (1)  ĠU C 423, 7.12.2020.


    Top