Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0393

    Kawża C-393/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Krakowa-Śródmieścia w Krakowie – il-Polonja) – T.B., D. sp. z. o. o. vs G. I. A/S (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjoni f’materji tal-assigurazzjonijiet – Artikolu 11(1)(b) – Artikolu 12 – Artikolu 13(2) – Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae – Kunċett ta’ “persuna leża” – Professjonist – Ġurisdizzjoni speċjali – Artikolu 7(2))

    ĠU C 513, 20.12.2021, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 513/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Krakowa-Śródmieścia w Krakowie – il-Polonja) – T.B., D. sp. z. o. o. vs G. I. A/S

    (Kawża C-393/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Ġurisdizzjoni f’materji tal-assigurazzjonijiet - Artikolu 11(1)(b) - Artikolu 12 - Artikolu 13(2) - Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae - Kunċett ta’ “persuna leża” - Professjonist - Ġurisdizzjoni speċjali - Artikolu 7(2))

    (2021/C 513/18)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Rejonowy dla Krakowa-Śródmieścia w Krakowie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: T.B., D. sp. z. o. o.

    Konvenut: G. I. A/S

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, moqri flimkien mal-Artikolu 11(1)(b) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jistax jiġi invokat minn kumpannija li, bħala korrispettiv għal servizzi li hija tipprovdi lill-vittma diretta ta’ inċident tat-traffiku b’rabta mad-dannu li jirriżulta minn dan l-inċident, kisbet mingħandha l-pretensjoni għall-ħlas ta’ danni tal-assigurazzjoni, sabiex għalihom titlob il-ħlas mingħand l-assiguratur tal-persuna li tkun ikkawżat l-imsemmi inċident, mingħajr madankollu ma twettaq attività professjonali fil-qasam tal-irkupru ta’ tali pretensjonijiet.

    2)

    L-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jista’ jiġi invokat minn professjonist li permezz ta’ kuntratt ta’ assenjazzjoni kiseb pretensjoni mingħand il-vittma ta’ inċident tat-traffiku bil-għan li titressaq azzjoni ta’ delitt jew ta’ kważi delitt quddiem il-qrati tal-Istat Membru tal-post fejn seħħ l-avveniment dannuż fil-konfront tal-assiguratur tal-persuna li kkawżat dan l-inċident, li għandu s-sede tiegħu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għajr dak tal-post fejn seħħ il-fatt dannuż, bil-kundizzjoni li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jkunu ssodisfatti, fatt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 423, 7.12.2020.


    Top