Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0334

    Kawża C-334/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Veszprémi Törvényszék – l-Ungerija) – Amper Metal Kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 2 – Tranżazzjoni suġġetta għall-VAT – Kunċett – Artikolu 168(a) u Artikolu 176 – Dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa – Rifjut – Servizzi pubbliċitarji kklassifikati bħala eċċessivament għolja u inutli mill-amministrazzjoni tat-taxxa – Assenza ta’ dħul mill-bejgħ iġġenerat favur il-persuna taxxabbli)

    ĠU C 51, 31.1.2022, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 51/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Veszprémi Törvényszék – l-Ungerija) – Amper Metal Kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

    (Kawża C-334/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2 - Tranżazzjoni suġġetta għall-VAT - Kunċett - Artikolu 168(a) u Artikolu 176 - Dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa - Rifjut - Servizzi pubbliċitarji kklassifikati bħala eċċessivament għolja u inutli mill-amministrazzjoni tat-taxxa - Assenza ta’ dħul mill-bejgħ iġġenerat favur il-persuna taxxabbli)

    (2022/C 51/13)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Veszprémi Törvényszék

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Amper Metal Kft

    Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

    Dispożittiv

    L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna taxxabbli tista’ tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-input imħallsa għal servizzi pubbliċitarji meta tali provvista ta’ servizzi tikkostitwixxi tranżazzjoni suġġetta għall-VAT, fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/112, u jkollha rabta diretta u immedjata ma’ tranżazzjoni taxxabbli waħda jew iktar tal-output jew mal-attività ekonomika kollha tal-persuna taxxabbli, fir-rigward tal-ispejjeż ġenerali tagħha, mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-prezz iffatturat għal tali servizzi jkun eċċessiv meta mqabbel ma’ valur ta’ riferiment iddefinit mill-amministrazzjoni tat-taxxa nazzjonali u li tali servizzi ma jkunux taw lok għal żieda fid-dħul mill-bejgħ ta’ din il-persuna taxxabbli.


    (1)  ĠU C 423, 7.12.2020.


    Top