Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0053

    Kawża C-53/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Hengstenberg GmbH & Co. KG vs Spreewaldverein eV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-prodotti tal-ikel – Regolament (UE) Nru 1151/2012 – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(4) – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) – Emenda fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ prodott – Ħjar tal-pikles tal-iSpreewald (il-Ġermanja) “Spreewälder Gurken (IGP)” – Emendi li ma humiex minuri – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għat-talba għal emenda – Rikors kontra d-deċiżjoni li tilqa’ din it-talba – Kunċett ta’ “interess leġittimu”)

    ĠU C 217, 7.6.2021, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.6.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/15


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Hengstenberg GmbH & Co. KG vs Spreewaldverein eV

    (Kawża C-53/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-prodotti tal-ikel - Regolament (UE) Nru 1151/2012 - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(4) - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) - Emenda fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ prodott - Ħjar tal-pikles tal-iSpreewald (il-Ġermanja) “Spreewälder Gurken (IGP)” - Emendi li ma humiex minuri - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għat-talba għal emenda - Rikors kontra d-deċiżjoni li tilqa’ din it-talba - Kunċett ta’ “interess leġittimu”)

    (2021/C 217/20)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Hengstenberg GmbH & Co. KG

    Konvenuti: Spreewaldverein eV

    Dispożittiv

    L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġettti tal-ikel, moqri flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest tal-proċedura applikabbli għat-talbiet għal emenda mhux minuri tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ prodott li jibbenefika minn indikazzjoni ġeografika protetta, kull persuna fiżika jew ġuridika affettwata ekonomikament, b’mod reali jew potenzjali, mingħajr madankollu ma teċċedi kull plawżibbiltà, mill-emendi mitluba tista’ tiġġustifika l-“interess leġittimu” meħtieġ sabiex issir oppożizzjoni għat-talba għal emenda magħmula jew għall-preżentata ta’ rikors kontra d-deċiżjoni li tilqa’ din it-talba, peress li r-riskju li jiġu mminati l-interessi ta’ tali persuna ma huwiex purament improbabbli jew ipotetiku, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


    (1)  ĠU C 161, 11.5.2020.


    Top