Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0025

Kawża C-25/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Višje sodišče v Ljubljani – is-Slovenja) – Proċedura mressqa minn NK, bħala stralċjatur fil-proċedura ta’ falliment ta’ Alpine BAU GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Proċedura ta’ insolvenza – Regolament (KE) Nru 1346/2000 – Artikoli 4 u 28 – Artikolu 32(2) – Terminu stabbilit għall-preżentata ta’ krediti fi proċedura ta’ insolvenza – Preżentata, fi proċedura ta’ insolvenza sekondarja pendenti fi Stat Membru, ta’ krediti mill-istralċjatur tal-proċedura prinċipali pendenti fi Stat Membru ieħor – Terminu ta’ dekadenza previst mid-dritt tal-Istat fejn tressqet il-proċedura ta’ insolvenza sekondarja)

ĠU C 51, 31.1.2022, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Višje sodišče v Ljubljani – is-Slovenja) – Proċedura mressqa minn NK, bħala stralċjatur fil-proċedura ta’ falliment ta’ Alpine BAU GmbH

(Kawża C-25/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Proċedura ta’ insolvenza - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Artikoli 4 u 28 - Artikolu 32(2) - Terminu stabbilit għall-preżentata ta’ krediti fi proċedura ta’ insolvenza - Preżentata, fi proċedura ta’ insolvenza sekondarja pendenti fi Stat Membru, ta’ krediti mill-istralċjatur tal-proċedura prinċipali pendenti fi Stat Membru ieħor - Terminu ta’ dekadenza previst mid-dritt tal-Istat fejn tressqet il-proċedura ta’ insolvenza sekondarja)

(2022/C 51/07)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Višje sodišče v Ljubljani

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: NK, bħala stralċjatur fil-proċedura ta’ falliment ta’ Alpine BAU GmbH

Konvenut: Alpine BAU GmbH, Salzburg – fergħa ta’ Celje, fi stralċ

Dispożittiv

L-Artikolu 32(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment [insolvenza], moqri flimkien mal-Artikoli 4 u 28 ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-preżentazzjoni, fi proċedura ta’ insolvenza sekondarja, ta’ krediti diġà ppreżentati fil-proċedura ta’ insolvenza prinċipali, mill-istralċjatur ta’ din l-aħħar proċedura, hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar it-termini ta’ preżentazzjoni tal-krediti u l-konsegwenzi tal-preżentazzjonijiet tardivi, previsti mil-liġi tal-Istat tal-ftuħ ta’ din il-proċedura sekondarja.


(1)  ĠU C 103, 30.09.2020.


Top