This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0141
Case T-141/19: Action brought on 4 March 2019 — Sabo and Others v Parliament and Council
Kawża T-141/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2019 — Sabo et vs Il-Parlament u Il-Kunsill
Kawża T-141/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2019 — Sabo et vs Il-Parlament u Il-Kunsill
ĠU C 148, 29.4.2019, p. 60–60
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/60 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2019 — Sabo et vs Il-Parlament u Il-Kunsill
(Kawża T-141/19)
(2019/C 148/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Peter Sabo (Tulčik, is-Slovakkja) u sitt rikorrenti oħra (rappreżentant: R. Smith, Solicitor)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tiddikjara nulli dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) li jippermettu li l-enerġija mill-bijomassa tal-foresta tgħodd għall-għanijiet tal-Artikolu 29(1): jiġifieri (a) kontribut lejn l-għan kollettiv għall-2030; (b) il-kejl tal-konformità mal-obbligi tal-enerġija rinnovabbli, u (c) l-eliġibbiltà għal sostenn finanzjarju.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-Direttiva 2018/2001 tikser l-Artikolu 191 TFUE minħabba li tonqos milli tissalvagwardja, tħares u ttejjeb il-kwalità tal-ambjent, tħares is-saħħa tal-bniedem, jew tuża b’mod għaqli u razzjonali r-riżorsi naturali. Din ma timmirax għal livell għoli ta’ ħarsien tal-ambjent, tonqos milli tirrettifika l-ħsara mis-sors u tonqos milli tapplika l-prinċipju ta’ prekawzjoni jew li min iniġġes iħallas. Hija tinjora wkoll id-data xjentifika disponibbli dwar l-impatti tat-tibdil fil-klima tal-bijomassa tal-foresta li tinħaraq. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-Direttiva 2018/2001 tikser bosta drittijiet tar-rikorrenti (irrikonoxxuti mill-Artikoli 7, 10, 14, 17, 22, 24, 35 u 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea) li huma universali u għandhom jiġu rrispettati kemm għar-rikorrenti mill-UE u dawk li ma humiex. Dan il-ksur ma jistax possibilment ikun iġġustifikat, minħabba li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva kkontestata li jwasslu għall-ksur ma humiex neċessarji jew konnessi b’mod razzjonali mal-għanijiet ta’ protezzjoni tal-ambjent tal-Unjoni, li huma fil-fatt jiksru. |
(1) Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU 2018, L 328, p. 82).