Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0841

    Kawża T-841/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2020 – Koopman International vs EUIPO – Tinnus Enterprises u Mystic Products (Tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi) (“Rikors għal annullament – Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi – Sospensjoni tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att preparatorju – Inammissibbiltà”)

    ĠU C 348, 19.10.2020, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 348/20


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2020 – Koopman International vs EUIPO – Tinnus Enterprises u Mystic Products (Tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi)

    (Kawża T-841/19) (1)

    (“Rikors għal annullament - Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi - Sospensjoni tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà”)

    (2020/C 348/28)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Koopman International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: G. van den Bergh u B. Brouwer, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tinnus Enterprises LLC (Plano, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Odle, avukat)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Mystic Products Import & Export, SL (Badalona, Spanja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni provviżorja tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Settembru 2019 (Każ R 1009/2018-3) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, Mystic Products Import & Export u Koopman International u, min-naħa l-oħra, Tinnus Enterprises.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Koopman International BV hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Tinnus Enterprises LLC.


    (1)  ĠU C 45, 10.2.2020.


    Top