Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0640

    Kawża T-640/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2020 – Sasol Germany et vs ECHA (“Rikors għal annullament – REACH – Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna – Stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi identifikati bil-għan ta’ inklużjoni eventwali fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 – Deċiżjoni li tidentifika s-sustanza 4-tert-butilfenol bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji previsti għall-inklużjoni fil-lista – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att li sempliċement jimplimenta d-deċiżjoni – Assenza ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà”)

    ĠU C 348, 19.10.2020, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 348/16


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2020 – Sasol Germany et vs ECHA

    (Kawża T-640/19) (1)

    (“Rikors għal annullament - REACH - Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna - Stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi identifikati bil-għan ta’ inklużjoni eventwali fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Deċiżjoni li tidentifika s-sustanza 4-tert-butilfenol bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji previsti għall-inklużjoni fil-lista - Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att li sempliċement jimplimenta d-deċiżjoni - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”)

    (2020/C 348/23)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sasol Germany GmbH (Hamburg, il-Ġermanja), SI Group – Béthune (Béthune, Franza) BASF SE (Ludwigshafen am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Mereu, P. Sellar u S. Saez Moreno, avukati)

    Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä u W. Broere, aġenti, assistiti minn S. Raes, avukat)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ED/71/2019 tal-ECHA, inkwantu din tinkludi s-sustanza 4-tert-butilfenol bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna fil-lista ta’ sustanzi identifikati bil-għan ta’ inklużjoni eventwali fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006, L 396, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 136, p. 3, fil-ĠU 2008, L 141, p. 22, u fil-ĠU 2009, L 36, p. 84).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tar-Renju tal-Isvezja u tal-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Sasol Germany GmbH, SI Group – Béthune u BASF SE huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet għal intervent.

    4)

    Sasol Germany GmbH, SI Group – Béthune, BASF SE, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


    (1)  ĠU C 406, 2.12.2019.


    Top