Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0616

    Kawża T-616/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2020 – Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND) (“Rikors għal annullament – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali WONDERLAND – Trade mark Benelux verbali preċedenti WONDERMIX – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rikors manifestament kompletament infondat fid-dritt”)

    ĠU C 348, 19.10.2020, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 348/14


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2020 – Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND)

    (Kawża T-616/19) (1)

    (“Rikors għal annullament - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali WONDERLAND - Trade mark Benelux verbali preċedenti WONDERMIX - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament kompletament infondat fid-dritt”)

    (2020/C 348/20)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schmitz u M. Breuer, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Haribo The Netherlands & Belgium BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: A. Tiemann u C. Elkemann, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Lulju 2019 (Każ R 2164/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Haribo The Netherlands & Belgium u Katjes Fassin.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

    2)

    Katjes Fassin GmbH & Co. KG hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Haribo The Netherlands & Belgium BV.


    (1)  ĠU C 363, 28.10.2019.


    Top