Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0170

    Kawża T-170/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2020 – Sherpa Europe vs EUIPO – Núcleo de comunicaciones y control (SHERPA NEXT) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    ĠU C 313, 21.9.2020, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.9.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 313/28


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2020 – Sherpa Europe vs EUIPO – Núcleo de comunicaciones y control (SHERPA NEXT)

    (Kawża T-170/19) (1)

    (Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    (2020/C 313/40)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Sherpa Europe, SL (Erandio, Spanja) (rappreżentanti: M. Esteve Sanz, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. García Murillo u M. J. Crespo Carrillo, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Núcleo de comunicaciones y control, SL (Tres Cantos, Spanja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Diċembru 2018 (Każ R 523/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Núcleo de comunicaciones y control u Sherpa Europe.

    Dispożittiv

    1)

    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

    2)

    Sherpa Europe, SL, hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk imġarrba mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

    3)

    Núcleo de comunicaciones y control, SL, għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 155, 6.5.2019.


    Top