This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TB0143
Case T-143/19: Order of the General Court of 3 July 2020 — Solar Ileias Bompaina v Commission (Action for annulment — State aid — Hellenic Republic — Operators on the market in electricity produced from renewable energy sources — Power purchase agreements — Legislative amendments with retroactive effect limiting tariff advantages — Complaint to the Commission alleging aid in favour of energy suppliers — Decision declaring the aid compatible with the internal market — Status as an interested party — Safeguarding of procedural rights — Inadmissibility)
Kawża T-143/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2020 – Solar Ileias Bompaina vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Operaturi tas-suq tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli – Ftehimiet ta’ xiri ta’ elettriku – Emendi leġiżlattivi b’effett retroattiv li jikkonsistu f’limitazzjoni tal-vantaġġi tariffarji – Ilment quddiem il-Kummissjoni li jallega l-eżistenza ta’ għajnuna favur fornituri ta’ enerġija – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Kwalità ta’ persuna kkonċernata – Salvagwardja tad-drittijiet proċedurali – Inammissibbiltà”)

ĠU C 348, 19.10.2020, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 348/13 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2020 – Solar Ileias Bompaina vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-143/19) (1)
(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Operaturi tas-suq tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli - Ftehimiet ta’ xiri ta’ elettriku - Emendi leġiżlattivi b’effett retroattiv li jikkonsistu f’limitazzjoni tal-vantaġġi tariffarji - Ilment quddiem il-Kummissjoni li jallega l-eżistenza ta’ għajnuna favur fornituri ta’ enerġija - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Kwalità ta’ persuna kkonċernata - Salvagwardja tad-drittijiet proċedurali - Inammissibbiltà”)
(2020/C 348/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Solar Ileias Bompaina AE (Athènes, il-Greċja) (rappreżentanti: A. Metaxas u A. Bartosch, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K.-P. Wojcik u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, essenzjalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 6777 final tal-10 ta’ Ottubru 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38967 (2014/NN-2) – Il-Greċja – Skema nazzjonali ta’ għajnuna għall-funzjonament favur l-installazzjonijiet li jużaw is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ produzzjoni kkombinata ta’ sħana u ta’ elettriku b’rendiment għoli.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Solar Ileias Bompaina AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea. |