Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0633

    Kawża T-633/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Essential Export vs EUIPO – Shenzhen Liouyi International Trading (TOTU) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li allegatament tinkludi l-element verbali ‘TOTU’ u bil-kuluri aħmar u iswed – Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti TOTTO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    ĠU C 313, 21.9.2020, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.9.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 313/27


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Essential Export vs EUIPO – Shenzhen Liouyi International Trading (TOTU)

    (Kawża T-633/19) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li allegatament tinkludi l-element verbali ‘TOTU’ u bil-kuluri aħmar u iswed - Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti TOTTO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    (2020/C 313/39)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Essential Export SA (San José, il-Kosta Rika) (rappreżentant: A. B. Padial Martínez, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Shenzhen Liouyi International Trading Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Lulju 2019 (Każ R 362/2019-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Essential Export u Shenzhen Liouyi International Trading.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Essential Export SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 383, 11.11.2019.


    Top