Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0680

Kawża C-680/19 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2019 minn Fulmen mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-2 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-405/15, Fulmen vs Il-Kunsill

ĠU C 372, 4.11.2019, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/26


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2019 minn Fulmen mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-2 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-405/15, Fulmen vs Il-Kunsill

(Kawża C-680/19 P)

(2019/C 372/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Fulmen (rappreżentanti: A. Bahrami, N. Korogiannakis, avocats)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha, prinċipalment:

tannulla parzjalment is-sentenza appellata;

tiddeċiedi b’mod definittiv dwar it-tilwima;

tikkundanna lill-Kunsill iħallas lil Fulmen is-somma ta’ EUR 6 456 507 bħala dannu materjali u EUR 100 000 bħala dannu morali, miżjuda bl-interessi moratorji;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha.

Sussidjarjament:

tannulla parzjalment is-sentenza appellata;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Rigward id-dannu materjali, il-Qorti Ġenerali, fl-ewwel lok, wettqet żball ta’ liġi, kisret il-prinċipju ta’ kumpens sħiħ u neħħiet l-effettività tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Il-livell ta’ prova mitlub mill-Qorti Ġenerali rrenda kull kumpens għad-dannu subit impossibbli, minkejja l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni. Fit-tieni lok, is-sentenza appellata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi kif ukoll b’motivazzjoni kontradittorja. Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali żnaturat provi u fatti.

Rigward id-dannu morali, is-sentenza appellata ma tinkludi l-ebda motivazzjoni rigward il-kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi evalwat ex aequo et bono l-ammont tal-kumpens.


Top