Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0923

    Kawża C-923/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Van Ameyde España SA vs GES, Seguros y Reaseguros SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur – Direttiva 2009/103/KE – Punti 1 u 2 tal-Artikolu 1 – L-ewwel, it-tieni u l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 3 – Kunċett ta’ “vettura” – Obbligu ta’ kopertura tad-danni materjali – Portata – Inċident tat-traffiku li jinvolvi vettura artikolata li l-elementi tagħha huma s-suġġett ta’ assigurazzjonijiet obbligatorji distinti – Danni kkawżati lis-semitrejler mill-vettura tal-irmonk li magħha dan kien konness meta seħħ dan l-inċident – Interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-kopertura ta’ dawn id-danni mill-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ dan it-trakter tat-triq)

    ĠU C 297, 26.7.2021, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 297/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Van Ameyde España SA vs GES, Seguros y Reaseguros SA

    (Kawża C-923/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 2009/103/KE - Punti 1 u 2 tal-Artikolu 1 - L-ewwel, it-tieni u l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 3 - Kunċett ta’ “vettura” - Obbligu ta’ kopertura tad-danni materjali - Portata - Inċident tat-traffiku li jinvolvi vettura artikolata li l-elementi tagħha huma s-suġġett ta’ assigurazzjonijiet obbligatorji distinti - Danni kkawżati lis-semitrejler mill-vettura tal-irmonk li magħha dan kien konness meta seħħ dan l-inċident - Interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-kopertura ta’ dawn id-danni mill-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ dan it-trakter tat-triq)

    (2021/C 297/09)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Supremo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Van Ameyde España SA

    Konvenut: GES, Seguros y Reaseguros SA

    Dispożittiv

    L-ewwel, it-tieni u l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, moqrija flimkien mal-punti 1 u 2 tal-Artikolu 1 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi mill-kopertura u, għaldaqstant, mill-kumpens, mill-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ trakter tat-triq, id-danni materjali kkawżati minnu lis-semitrejler li kien konness miegħu meta seħħ l-inċident.


    (1)  ĠU C 103, 30.3.20.


    Top