Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0711

    Kawża C-711/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) Admiral Sportwetten GmbH, Novomatic AG, AKO Gastronomiebetriebs GmbH vs Magistrat der Stadt Wien (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva (UE) 2015/1535 – Artikolu 1 – Proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Kunċett ta’ “regolament tekniku” – Logħob tal-ażżard – Taxxa lokali fuq l-operat tat-terminals fejn jintlagħbu l-imħatri – Leġiżlazzjoni fiskali – Assenza ta’ komunikazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea – Infurzabbiltà fil-konfront tal-persuna taxxabbli)

    ĠU C 414, 30.11.2020, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.11.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 414/16


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) Admiral Sportwetten GmbH, Novomatic AG, AKO Gastronomiebetriebs GmbH vs Magistrat der Stadt Wien

    (Kawża C-711/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva (UE) 2015/1535 - Artikolu 1 - Proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni - Kunċett ta’ “regolament tekniku” - Logħob tal-ażżard - Taxxa lokali fuq l-operat tat-terminals fejn jintlagħbu l-imħatri - Leġiżlazzjoni fiskali - Assenza ta’ komunikazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea - Infurzabbiltà fil-konfront tal-persuna taxxabbli)

    (2020/C 414/19)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Admiral Sportwetten GmbH, Novomatic AG, AKO Gastronomiebetriebs GmbH

    Konvenuta: Magistrat der Stadt Wien

    Dispożittiv

    L-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika [Informazzjoni], għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni nazzjonali fiskali li tistabbilixxi taxxa fuq l-operat ta’ terminals fejn jintlagħbu l-imħatri ma tikkostitwixxix “regolament tekniku”, fis-sens ta’ dan l-artikolu.


    (1)  ĠU C 406, 2.12.2019.


    Top