Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0508

    Kawża C-508/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – M.F. vs J.M. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 267 TFUE – Neċessità tal-interpretazzjoni mitluba sabiex il-qorti tar-rinviju tkun tista’ tagħti s-sentenza tagħha – Kunċett – Proċeduri dixxiplinari mibdija kontra mħallef ta’ qorti ordinarja – Ħatra tal-qorti dixxiplinari kompetenti sabiex tieħu konjizzjoni ta’ din il-proċedura mill-President tal-Awla Dixxiplinari tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) – Azzjoni ċivili għall-konstatazzjoni tal-ineżistenza ta’ relazzjoni ta’ xogħol bejn il-President ta’ din l-Awla Dixxiplinari u l-Qorti Suprema – Assenza ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju sabiex tistħarreġ il-validità tal-ħatra ta’ Mħallef tal-Qorti Suprema u Inammissibbiltà ta’ tali azzjoni skont id-dritt nazzjonali – Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

    ĠU C 198, 16.5.2022, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 198/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – M.F. vs J.M.

    (Kawża C-508/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Neċessità tal-interpretazzjoni mitluba sabiex il-qorti tar-rinviju tkun tista’ tagħti s-sentenza tagħha - Kunċett - Proċeduri dixxiplinari mibdija kontra mħallef ta’ qorti ordinarja - Ħatra tal-qorti dixxiplinari kompetenti sabiex tieħu konjizzjoni ta’ din il-proċedura mill-President tal-Awla Dixxiplinari tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) - Azzjoni ċivili għall-konstatazzjoni tal-ineżistenza ta’ relazzjoni ta’ xogħol bejn il-President ta’ din l-Awla Dixxiplinari u l-Qorti Suprema - Assenza ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju sabiex tistħarreġ il-validità tal-ħatra ta’ Mħallef tal-Qorti Suprema u Inammissibbiltà ta’ tali azzjoni skont id-dritt nazzjonali - Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

    (2022/C 198/03)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Najwyższy

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: M.F.

    Konvenut: J.M.

    fil-preżenza ta’: Prokurator Generalny, Rzecznik Praw Obywatelskich

    Dispożittiv

    It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (Izba Pracy i Ubezpieczeń Społecznych) [il-Qorti Suprema (Awla Industrijali u tas-Sigurtà Soċjali), il-Polonja] hija inammissibbli.


    (1)  ĠU C 337, 7.10.2019


    Top