Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0282

    Kawża C-282/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Napoli – l-Italja) – YT et vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR, Ufficio Scolastico Regionale per la Campania (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Klawżoli 4 u 5 – Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku – Għalliema tar-reliġjon Kattolika – Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi” li jiġġustifikaw it-tiġdid ta’ dawn il-kuntratti – Bżonn permanenti ta’ persunal ta’ sostituzzjoni)

    ĠU C 109, 7.3.2022, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 109, 7.3.2022, p. 2–2 (GA)

    7.3.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 109/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Napoli – l-Italja) – YT et vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR, Ufficio Scolastico Regionale per la Campania

    (Kawża C-282/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżoli 4 u 5 - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku - Għalliema tar-reliġjon Kattolika - Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi” li jiġġustifikaw it-tiġdid ta’ dawn il-kuntratti - Bżonn permanenti ta’ persunal ta’ sostituzzjoni)

    (2022/C 109/03)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale di Napoli

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: YT, ZU, AW, BY, CX, DZ, EA, FB, GC, IE, JF, KG, LH, MI, NY, PL, HD, OK

    Konvenuti: Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR, Ufficio Scolastico Regionale per la Campania

    fil-preżenza ta’: Federazione GILDA-UNAMS

    Dispożittiv

    Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens, minn naħa, li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi lill-għalliema tar-reliġjon Kattolika tal-istabbilimenti ta’ tagħlim pubbliku mill-applikazzjoni tar-regoli intiżi li jissanzjonaw l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat suċċessivi, meta ma tkun teżisti ebda miżura effettiva oħra fl-ordinament ġuridiku intern li tissanzjona l-imsemmi użu abbużiv u, min-naħa l-oħra, li l-ħtieġa ta’ ċertifikat ta’ kapaċità maħruġ minn awtorità ekkleżjastika bil-għan li tippermetti lil dawn l-għalliema li jgħallmu r-reliġjon Kattolika ma tikkostitwixxix “raġuni oġġettiva”, fis-sens tal-klawżola 5(1)(a) ta’ dan il-ftehim qafas, peress li dan iċ-ċertifikat jinħareġ darba biss u mhux qabel kull sena skolastika li tagħti lok għall-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat.


    (1)  ĠU C 206, 17.06.2019.


    Top