This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CA0002
Case C-2/19: Judgment of the Court (First Chamber) of 26 March 2020 (request for a preliminary ruling from the Riigikohus — Estonia) — Criminal procedure against A.P. (Reference for a preliminary ruling — Framework Decision 2008/947/JHA — Mutual recognition of judgments and probation decisions — Scope — Judgment imposing a suspended custodial sentence — Probation measure — Obligation not to commit a new criminal offence — Obligation prescribed by law)
Kawża C-2/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Riigikohus – l-Estonja) – Proċeduri kriminali kontra A. P. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Deċiżjoni Qafas 2008/947/ĠAI – Rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet ta’ probation – Kamp ta’ applikazzjoni – Sentenza li timponi piena ta’ priġunerija sospiża – Miżura ta’ probation – Obbligu li wieħed ma jwettaqx reat kriminali ġdid – Obbligu ta’ oriġini legali)

ĠU C 215, 29.6.2020, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 215/17 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Riigikohus – l-Estonja) – Proċeduri kriminali kontra A. P.
(Kawża C-2/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Deċiżjoni Qafas 2008/947/ĠAI - Rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet ta’ probation - Kamp ta’ applikazzjoni - Sentenza li timponi piena ta’ priġunerija sospiża - Miżura ta’ probation - Obbligu li wieħed ma jwettaqx reat kriminali ġdid - Obbligu ta’ oriġini legali)
(2020/C 215/19)
Lingwa tal-kawża: Estonjan
Qorti tar-rinviju
Riigikohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
A. P.
Dispożittiv
L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta’ sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation u ta’ sanzjonijiet alternattivi, moqri flimkien mal-Artikolu 4(1)(d) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rikonoxximent ta’ sentenza li tkun tat piena ta’ priġunerija, li l-eżekuzzjoni tagħha tkun sospiża bil-kundizzjoni biss li jiġi osservat obbligu legali li wieħed ma jwettaqx reat kriminali ġdid matul il-perijodu ta’ sospensjoni, jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni qafas, sa fejn dan l-obbligu legali jkun jirriżulta minn din is-sentenza jew minn deċiżjoni ta’ probation mogħtija fuq il-bażi tal-imsemmija sentenza, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.