Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0465

    Kawża T-465/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2018 – Eurolamp vs EUIPO (EUROLAMP pioneers in new technology)

    ĠU C 341, 24.9.2018, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 341/24


    Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2018 – Eurolamp vs EUIPO (EUROLAMP pioneers in new technology)

    (Kawża T-465/18)

    (2018/C 341/35)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Eurolamp ABEE Eisagogis kai Emporias Lamptiron (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: A. Argiriadis, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “EUROLAMP pioneers in new technology” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 180 879

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 1358/2017-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tilqa’ r-rikors preżenti;

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tilqa’, fl-intier tagħha, l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea bin-numru 16 180 879 għall-prodotti kollha mitluba, u

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001;

    Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001.


    Top