Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0408

    Kawża T-408/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2018 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA)

    ĠU C 319, 10.9.2018, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.9.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 319/18


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2018 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA)

    (Kawża T-408/18)

    (2018/C 319/22)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: S. Paliou, lawyer)

    Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara li t-talba tal-konvenuta, li tinsab fin-nota ta’ debitu Nru 3241804913 tas-16 ta’ April 2018, li r-rikorrenti tħallas lura parti mis-sussidju li rċeviet għall-azzjoni ENHSA (European Network of Heads of Schools of Architecture) hija infondata fir-rigward tas-somma ta’ EUR 77 169,78 u tiddikjara li dik is-somma tikkorrespondi għal spejjeż eliġibbli;

    tiddikjara li t-talba tal-konvenuta, li tinsab fin-nota ta’ debitu Nru 3241804682 tad-9 ta’ April 2018, li r-rikorrenti tħallas lura parti mis-sussidju li rċeviet għall-azzjoni ARCHI-MUNDUS, fl-ammont ta’ EUR 28 976,83, hija infondata u tiddikjara li dik is-somma tikkorrespondi għal spejjeż eliġibbli;

    tordna lill-konvenuta tħallas lura s-somom imsemmija hawn fuq flimkien mal-interessi legali; u

    tordna lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Permezz ta’ dan ir-rikors, Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis tikkontesta t-talba magħmula mill-EACEA permezz tan-nota ta’ debitu Nru 3241804913 tas-16 ta’ April 2018 fl-ammont ta’ EUR 84 955,12 relatata mal-azzjoni ENHSA. Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis tikkontesta wkoll it-talba li l-EACEA għamlet permezz tan-nota ta’ debitu Nru 3241804682 tad-9 ta’ April 2018 fl-ammont ta’ EUR 28 976,83 relatata mal-azzjoni ARCHI-MUNDUS.

    Dawn it-talbiet saru wara li l-EACEA wettqet spezzjoni fuq il-post fil-bini tar-rikorrenti fejn l-EACEA kkontestat ir-realtà tal-ispejjeż relatati mal-allowance b’rata fissa konnessa mal-konferenzi li seħħew fil-kuntest tal-azzjonijiet ENHSA u ARCHI-MUNDUS.

    F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tiddikjara li l-allowance b’rata fissa (per diem) għall-parteċipanti li ma jitkellmux bil-Grieg għall-konferenzi relatati maż-żewġ azzjonijiet tikkorrispondi għal spejjeż eliġibbli.

    Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis issostni li l-ispejjeż ikkontestati mill-EACEA huma eliġibbli. Dan huwa kkonfermat permezz tal-materjal li r-rikorrenti ssottomettiet lill-EACEA matul l-ispezzjoni fuq il-post u permezz ta’ korrispondenza ssusegwenti.


    Top