EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0354

Kawża T-354/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2018 – KID-Systeme vs EUIPO – Sky (SKYFi)

ĠU C 268, 30.7.2018, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201807130602004402018/C 268/553542018TC26820180730MT01MTINFO_JUDICIAL20180606454622

Kawża T-354/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2018 – KID-Systeme vs EUIPO – Sky (SKYFi)

Top

C2682018MT4520120180606MT0055452462

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2018 – KID-Systeme vs EUIPO – Sky (SKYFi)

(Kawża T-354/18)

2018/C 268/55Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KID-Systeme GmbH (Buxtehude, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze, G. Würtenberger u T. Wittmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sky plc (Isleworth, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “SKYFi” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 189 502

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 106/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 8(1), 46, 47, 67, 70, 71, 94 u 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikoli 2(2), 7(2), 8(2), 8(9), 27 u 71 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.

Top