Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TB0738

Kawża T-738/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2020 – Dragnea vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – Programm operattiv reġjonali Rumen 2007-2013 – Investigazzjonijiet esterni tal-OLAF – Rapporti finali u rakkomandazzjonijiet tal-OLAF – Deċiżjoni nazzjonali li tinbeda investigazzjoni kriminali – Rifjut tal-OLAF li tinbeda investigazzjoni fir-rigward tal-kondotta tal-investigaturi preċedenti – Rifjut ta’ aċċess għall-fajl tal-investigazzjonijiet tal-OLAF – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”)

ĠU C 247, 27.7.2020, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/12


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2020 – Dragnea vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-738/18) (1)

(“Rikors għal annullament - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali - Programm operattiv reġjonali Rumen 2007-2013 - Investigazzjonijiet esterni tal-OLAF - Rapporti finali u rakkomandazzjonijiet tal-OLAF - Deċiżjoni nazzjonali li tinbeda investigazzjoni kriminali - Rifjut tal-OLAF li tinbeda investigazzjoni fir-rigward tal-kondotta tal-investigaturi preċedenti - Rifjut ta’ aċċess għall-fajl tal-investigazzjonijiet tal-OLAF - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)

(2020/C 247/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Liviu Dragnea (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentanti: B. O’Connor, solicitor, u S. Gubel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) tal-1 ta’ Ottubru 2018.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Liviu Dragnea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 65, 18.2.2019.


Top