Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0576

    Kawża T-576/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Crédit agricole vs BĊE (“Politika ekonomika u monetarja – Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu – Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 – Sanzjoni pekunjarja amministrattiva imposta mill-BĊE fuq istituzzjoni ta’ kreditu – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 – Ksur kontinwu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji – Ksur b’negliġenza – Applikazzjoni retroattiva ta’ leġiżlazzjoni kriminali inqas severa – Assenza – Drittijiet tad-difiża – Ammont tas-sanzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    ĠU C 313, 21.9.2020, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.9.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 313/23


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Crédit agricole vs BĊE

    (Kawża T-576/18) (1)

    (“Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu - Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Sanzjoni pekunjarja amministrattiva imposta mill-BĊE fuq istituzzjoni ta’ kreditu - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 - Ksur kontinwu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji - Ksur b’negliġenza - Applikazzjoni retroattiva ta’ leġiżlazzjoni kriminali inqas severa - Assenza - Drittijiet tad-difiża - Ammont tas-sanzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    (2020/C 313/34)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Crédit agricole SA (Montrouge, Franza) (rappreżentanti: A. Champsaur u A. Delors, avukati)

    Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta, A. Pizzolla u D. Segoin, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-BĊE ECB/SSM/2018-FRCAG-75 tas-16 ta’ Lulju 2018 adottata skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63), li timponi fuq ir-rikorrenti sanzjoni pekunjarja amministrattiva fl-ammont ta’ EUR 4 300 000 minħabba ksur kontinwu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji previsti fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 208, p. 68, fil-ĠU 2013, L 321, p. 6 u fil-ĠU 2017, L 20, p. 2).

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ECB/SSM/2018-FRCAG-75 tas-16 ta’ Lulju 2018 hija annullata sa fejn timponi fuq Crédit agricole SA sanzjoni pekunjarja amministrattiva fl-ammont ta’ EUR 4 300 000.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Crédit agricole hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

    4)

    Il-BĊE huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


    (1)  ĠU C 436, 3.12.2018.


    Top