Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0478

    Kawża T-478/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2021 – Bezouaoui u HB Consultant vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat – Taħriġ ta’ sigurtà għas-sewqan ta’ vetturi f’impjanti ta’ kostruzzjoni – Rimborsi tat-taħriġ fi Franza mill-organi ta’ ġbir awtorizzati mill-Istat (OPCA) – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Imputabbiltà tal-Istat – Stħarriġ pubbliku tar-riżorsi”)

    ĠU C 72, 1.3.2021, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 72/18


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2021 – Bezouaoui u HB Consultant vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-478/18) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Taħriġ ta’ sigurtà għas-sewqan ta’ vetturi f’impjanti ta’ kostruzzjoni - Rimborsi tat-taħriġ fi Franza mill-organi ta’ ġbir awtorizzati mill-Istat (OPCA) - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Imputabbiltà tal-Istat - Stħarriġ pubbliku tar-riżorsi”)

    (2021/C 72/26)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Hacène Bezouaoui (Avanne, Franza) u HB Consultant (Beure, Franza) (rappreżentanti: J.-F. Henrotte u N. Neyrinck, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Georgieva-Kecsmar u K. Herrmann, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni C(2018) 2075 final tal-Kummissjoni tal-10 ta’ April 2018, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.46897 (2018/NN) preżunta mir-Repubblika Franċiża fir-rigward tal-finanzjament ta’ taħriġ li jwassal għall-kisba tas-certificat d’aptitude à la conduite d’engins de chantier en sécurité [ċertifikat ta’ kapaċità ta’ sewqan ta’ vetturi f’impjanti ta’ kostruzzjoni] (CACES).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    HB Consultant u Hacène Bezouaoui huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 373, 15.10.2018.


    Top