EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0264

Kawża T-264/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Gruppo Armonie vs EUIPO (mo.da) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea mo·da — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Raġuni assoluta għal rifjut f’parti mill-Unjoni — Artikolu 7(2) tar-Regolament 2017/1001 — Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001”)

ĠU C 305, 9.9.2019, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Gruppo Armonie vs EUIPO (mo.da)

(Kawża T-264/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea mo·da - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Raġuni assoluta għal rifjut f’parti mill-Unjoni - Artikolu 7(2) tar-Regolament 2017/1001 - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001”)

(2019/C 305/58)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Gruppo Armonie SpA (Casalgrande, l-Italja) (rappreżentant: G. Medri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Frar 2018 (Każ R 2065/2017 -5) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv mo·da bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gruppo Armonie SpA huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 221, 25.6.2018.


Top