Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0187

    Kawża T-187/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – VP vs Cedefop (“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Talba għat-tiġdid ta’ kuntratt għal żmien indeterminat – Deċiżjoni li l-kuntratt ma jiġġeddidx – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għal smiegħ – Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal – Responsabbiltà – Danni materjali – Danni morali”)

    ĠU C 53, 15.2.2021, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 53/30


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – VP vs Cedefop

    (Kawża T-187/18) (1)

    (“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Talba għat-tiġdid ta’ kuntratt għal żmien indeterminat - Deċiżjoni li l-kuntratt ma jiġġeddidx - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għal smiegħ - Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal - Responsabbiltà - Danni materjali - Danni morali”)

    (2021/C 53/39)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: VP (rappreżentant: L. Levi, avukat)

    Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (rappreżentanti: M. Brugia, aġent, assistiti minn T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni taċ-CEDEFOP tat-12 ta’ Mejju 2017 li l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti ma jiġġeddidx għal żmien indeterminat u, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjoni tal-1 ta’ Diċembru 2017 li tiċħad l-ilment tagħha tad-9 ta’ Awwissu 2017 kontra d-deċiżjoni tat-12 ta’ Mejju 2017 u, min-naħa l-oħra, għal ksib ta’ kumpens għad-danni materjali u morali allegatament imġarrba mir-rikorrenti minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

    Talbiet

    1)

    Id-deċiżjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP) tat-12 ta’ Mejju 2017 li l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ta’ VP ma jiġġeddidx hija annullata.

    2)

    Id-deċiżjoni tal-1 ta’ Diċembru 2017 li tiċħad l-ilment ta’ VP hija annullata.

    3)

    Iċ-CEDEFOP huwa kkundannat iħallas EUR 30 000 bħala kumpens għad-dannu materjali kkawżat lil VP.

    4)

    Iċ-CEDEFOP huwa kkundannat iħallas EUR 10 000 bħala kumpens għad-dannu morali kkawżat lil VP.

    5)

    Iċ-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    6)

    Iċ-CEDEFOP huwa kundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 166, 14.5.2018.


    Top