Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0831

    Kawża C-831/18 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2018 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (is-Seba’ Awla Estiża) fl-24 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-29/17, RQ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 65, 18.2.2019, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/30


    Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2018 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (is-Seba’ Awla Estiża) fl-24 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-29/17, RQ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-831/18 P)

    (2019/C 65/38)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne, J. Baquero Cruz, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedura: RQ

    Talbiet

    L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (is-Seba’ Awla Estiża) tal-24 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-29/17, sa fejn din tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 1449 final tat-2 ta’ Marzu 2016 dwar talba għal tneħħija tal-immunità ġudizzjarja ta’ RQ;

    tiċħad ir-rikors għal annullament tal-appellat f’dan l-appell ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, u tagħti deċiżjoni definittiva fuq il-kwistjonijiet li huma s-suġġett ta’ dan l-appell, jew, jekk it-tilwima ma hijiex fi stadju li tiġi deċiża mill-Qorti tal-Ġustizzja, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni;

    tikkundanna lir-rikorrent fl-ewwel istanza għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni kemm fl-ewwel istanza kif ukoll f’dan l-appell.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Insostenn tal-appell, il-Kummissjoni tinvoka tliet aggravji ta’ dritt:

    1.

    L-ewwel nett, kuntrarjament għall-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni tqis li d-deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità ma tikkostitwixxix att li jikkawża preġudizzju lill-appellat u għaldaqstant ma tistax tkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament. Is-sentenza taħt appell hija għaldaqstant ivvizzjata bi żball ta’ liġi sa fejn din tqis ir-rikors ammissibbli.

    2.

    It-tieni nett, il-Kummissjoni tqis li s-sentenza taħt appell tagħmel interpretazzjoni inkorretta tad-dritt għal smigħ, stabbilit fl-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn din hija bbażata fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 4(3) TUE (prinċipju ta’ kooperazzjoni leali) u tal-prinċipju ġenerali ta’ fiduċja reċiproka bejn il-korpi tal-Unjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri.

    3.

    It-tielet nett, il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-klassifikazzjoni tal-aġir tal-Kummissjoni f’dan il-każ, meta qieset li dan ma kienx biżżejjed sabiex jiġi rrispettat id-dritt għal smigħ tar-rikorrent f’dik il-kawża.


    Top