Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0275

    Kawża C-275/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Marzu 2018 – Milan Vinš vs Odvolací finanční ředitelství

    ĠU C 221, 25.6.2018, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201806080411931432018/C 221/142752018CJC22120180625MT01MTINFO_JUDICIAL20180423121321

    Kawża C-275/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Marzu 2018 – Milan Vinš vs Odvolací finanční ředitelství

    Top

    C2212018MT1210120180423MT0014121132

    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Marzu 2018 – Milan Vinš vs Odvolací finanční ředitelství

    (Kawża C-275/18)

    2018/C 221/14Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Nejvyšší správní soud

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Milan Vinš

    Konvenut: Odvolací finanční ředitelství

    Domandi preliminari

    1)

    Id-dritt għall-eżenzjoni mill-VAT fuq oġġetti intiżi għall-esportazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 146 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ( 1 ) tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jista’ jiġi suġġett għat-tqegħid minn qabel tal-oġġetti kkonċernati taħt sistema doganali partikolari (kif jipprevedi l-Artikolu 66 tal-Liġi Ċeka Nru 235/2004 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud)?

    2)

    Tali leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ tkun iġġustifikata fid-dawl tal-Artikolu 131 tad-Direttiva dwar il-VAT bħala kundizzjoni intiża li tipprevjeni kwalunkwe evażjoni, evitar u abbuż?


    ( 1 ) ĠU 2006, L 347, p. 1.

    Top