EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0137

Kawża C-137/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht Dresden (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Frar 2018 – hapeg dresden gmbh vs Bayrische Straße 6-8 GmbH & Co. KG

ĠU C 268, 30.7.2018, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201807130092003812018/C 268/241372018CJC26820180730MT01MTINFO_JUDICIAL20180222181811

Kawża C-137/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht Dresden (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Frar 2018 – hapeg dresden gmbh vs Bayrische Straße 6-8 GmbH & Co. KG

Top

C2682018MT1810120180222MT0024181181

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht Dresden (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Frar 2018 – hapeg dresden gmbh vs Bayrische Straße 6-8 GmbH & Co. KG

(Kawża C-137/18)

2018/C 268/24Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Dresden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: hapeg dresden gmbh

Konvenuta: Bayrische Straße 6-8 GmbH & Co. KG

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 15(3)(b) u (ċ) kif ukoll l-ewwel u t-tieni subparagrafi u l-punti (b) u (ċ) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2006/123/KE ( 1 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 (Direttiva “Servizzi”), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma hija dik applikabbli fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li huwa pprojbit li jiġu miftiehma, f’kuntratti konklużi ma’ arkitetti u/jew inġiniera, onorarji li huma inqas mill-ammonti minimi tar-remunerazzjoni kkalkolati skont l-iskeda tal-onorarji tal-arkitetti u l-inġiniera?


( 1 ) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU 2006, L 376, p. 36).

Top