Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0135

Kawża C-135/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Frar 2018 – Logistik XXL GmbH vs CMR Transport & Logistik

ĠU C 190, 4.6.2018, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Frar 2018 – Logistik XXL GmbH vs CMR Transport & Logistik

(Kawża C-135/18)

(2018/C 190/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Logistik XXL GmbH

Konvenuta: CMR Transport & Logistik

Domandi preliminari

1)

Fir-rigward ta’ sentenza li tikkundanna, mingħajr limitazzjoni u mingħajr kundizzjoni, lill-konvenut għal ħlas u li kontra tagħha ġie ppreżentat rikors ordinarju fl-Istat Membru ta’ oriġini jew li fir-rigward tagħha t-terminu għall-preżentata ta’ tali rikors għadu ma skadiex, il-fatt li l-qorti ta’ oriġini tordna li s-sentenza tkun provviżorjament eżegwibbli biss permezz tal-għoti ta’ garanzija jikkostitwixxi kundizzjoni fis-sens tal-punt 4.4 tal-formola li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1)?

2)

Sa fejn l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: dan jgħodd ukoll meta, fl-Istat Membru ta’ oriġini, l-eżekuzzjoni kawtelatorja tas-sentenza ddikjarata provviżorjament eżegwibbli tkun possibbli mingħajr ma tkun ingħatat il-garanzija?

3)

Sa fejn it-tieni domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

(a)

Fil-każ ta’ deċiżjoni li tinkludi obbligu eżekuttiv u li kontra tagħha ġie ppreżentat rikors ordinarju fl-Istat Membru ta’ oriġini jew li fir-rigward tagħha t-terminu għall-preżentata ta’ tali rikors għadu ma skadiex, kif għandha tipproċedi l-qorti ta’ oriġini f’dak li jirrigwarda l-formola li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, meta, minħabba l-għoti tas-sentenza jew minħabba dispożizzjoni leġiżlattiva, l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni fl-Istat Membru ta’ oriġini tista’ sseħħ biss wara l-għoti ta’ garanzija?

(b)

F’dan il-każ, il-qorti ta’ oriġini għandha toħroġ iċ-ċertifikat billi tuża l-formola li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, mingħajr ma tagħti l-informazzjoni prevista fil-punti 4.4.1 sa 4.4.4?

(c)

F’dan il-każ, il-qorti ta’ oriġini hija awtorizzata, billi tuża l-formola li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, toħroġ iċ-ċertifikat b’mod li tiġi inkluża – pereżempju fil-punti 4.4.1 sa 4.4.3 tal-formola – informazzjoni addizzjonali rigward l-għoti tal-garanzija meħtieġa u tehmeż mal-formola t-test tad-dispożizzjoni leġiżlattiva?

4)

Sa fejn it-tieni domanda tingħata risposta fin-negattiv:

(a)

Kif għandha tipproċedi l-qorti ta’ oriġini f’dak li jirrigwarda l-formola li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, meta, fl-Istat Membru ta’ oriġini, skont dispożizzjoni leġiżlattiva, l-eżekuzzjoni kawtelatorja hija awtorizzata biss wara l-iskadenza ta’ terminu?

(b)

F’dan il-każ, il-qorti ta’ oriġini hija awtorizzata, billi tuża l-formola li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, toħroġ iċ-ċertifikat b’mod li tiġi inkluża – pereżempju fil-punti 4.4.1 sa 4.4.3 tal-formola – informazzjoni addizzjonali rigward dan it-terminu u tehmeż mal-formola t-test tad-dispożizzjoni leġiżlattiva?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.


Top