Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CC0262

    Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali P. Pikamäe, ippreżentati fid-19 ta’ Diċembru 2019.
    Il-Kummissjoni Ewropea u Ir-Repubblika tas-Slovakkja vs Dôvera zdravotná poistʼovňa, a.s.
    Appell – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(1) TFUE ‐ Sistema ta’ sigurtà soċjali – Korpi ta’ assigurazzjoni għall-mard – Kunċetti ta’ ‘impriża’ u ta’ ‘attività ekonomika’ – Skop soċjali – Prinċipju ta’ solidarjetà – Kontroll mill-Istat – Evalwazzjoni globali – Possibbiltà li jiġu mfittxija l-profitti – Kompetizzjoni residwa fir-rigward tal-kwalità u tal-offerta tal-benefiċċji ta’ assigurazzjoni għall-mard.
    Kawżi magħquda C-262/18 P u C-271/18 P.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2019:1144

     KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

    PIKAMÄE

    ippreżentati fid‑19 ta’ Diċembru 2019 ( 1 )

    Kawżi magħquda C‑262/18 P u C‑271/18 P

    Il-Kummissjoni Ewropea

    vs

    Dôvera zdravotná poist’ovňa a.s. (C‑262/18 P)

    u

    Ir-Repubblika Slovakka

    vs

    Dôvera zdravotná poist’ovňa, a.s.,

    Il-Kummissjoni Ewropea (C‑271/18 P)

    “Appell – Għajnuna mill-Istat – Korpi ta’ assigurazzjoni għall-mard – Kunċett ta’ ‘impriża’ – Evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi – Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-Qorti Ġenerali – Kunċett ta’ ‘attività ekonomika’ – Skop ta’ lukru ta’ entitajiet oħra li joperaw fi ħdan is-sistema tas-sigurtà soċjali – Kompetizzjoni fir-rigward tal-kwalità u l-offerta ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni għall-mard”

    Werrej

     

    I. Il-fatti li wasslu għall-kawża

     

    II. Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata

     

    III. Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet

     

    IV. L-appelli prinċipali

     

    A. Fuq l-ewwel aggravju mqajjem mir-Repubblika Slovakka fil-Kawża C‑271/18 P, ibbażat fuq ksur tal-limiti tas-setgħa ta’ stħarriġ ġudizzjarju tal-Qorti Ġenerali

     

    1. L-argumenti tal-partijiet

     

    2. Evalwazzjoni

     

    3. Konklużjoni dwar l-ewwel aggravju mqajjem mir-Repubblika Slovakka fil-Kawża C-271/18 P

     

    B. Fuq l-ewwel aggravju mqajjem mill-Kummissjoni fil-Kawża C‑262/18 P u r-raba’ aggravju mqajjem mir-Repubblika Slovakka fil-Kawża C‑271/18 P, ibbażati fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

     

    1. L-argumenti tal-partijiet

     

    2. Evalwazzjoni

     

    3. Konklużjoni dwar l-ewwel aggravju fil-Kawża C‑262/18 P u r-raba’ aggravju fil-Kawża C‑271/18 P

     

    C. Fuq it-tieni aggravju mqajjem mill-Kummissjoni fil-Kawża C‑262/18 P u t-tielet aggravju mqajjem mir-Repubblika Slovakka fil-Kawża C‑271/18 P, ibbażati fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “impriża” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE

     

    1. L-argumenti tal-partijiet

     

    2. Evalwazzjoni

     

    a) Osservazzjonijiet preliminari

     

    b) Fuq ir-rilevanza tat-tfittxija ta’ skop ta’ lukru mill-entitajiet l-oħra li joperaw fi ħdan is-sistema ta’ sigurtà soċjali għall-finijiet tal-klassifikazzjoni bħala attività ekonomika

     

    c) Fuq l-eżistenza ta’ grad ta’ kompetizzjoni suffiċjenti sabiex jiġġustifika l-klassifikazzjoni bħala ekonomika

     

    3. Konklużjoni dwar it-tieni aggravju fil-Kawża C‑262/18 P u t-tielet aggravju fil-Kawża C‑271/18 P

     

    D. Fuq it-tielet aggravju mqajjem mill-Kummissjoni fil-Kawża C‑262/18 P u t-tieni aggravju mqajjem mir-Repubblika Slovakka fil-Kawża C‑271/18 P, ibbażati fuq l-iżnaturament ta’ ċerti provi

     

    1. L-argumenti tal-partijiet

     

    2. Evalwazzjoni

     

    3. Konklużjoni dwar it-tielet aggravju tal-appell fil-Kawża C‑262/18 P u t-tieni aggravju tal-appell fil-Kawża C‑271/18 P

     

    V. L-appelli inċidentali

     

    A. L-argumenti tal-partijiet

     

    B. Evalwazzjoni

     

    C. Konklużjonijiet dwar l-appelli inċidentali fil-Kawżi C‑262/18 P u C‑271/18 P

     

    VI. Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali

     

    VII. Fuq l-ispejjeż

     

    VIII. Konklużjoni

    1. 

    Permezz ta’ dawn l-appelli, il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Slovakka jitolbu l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal‑5 ta’ Frar 2018, Dôvera zdravotná poist’ovňa vs Il-Kummissjoni (T‑216/15, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”, EU:T:2018:64), li permezz tagħha din laqgħet ir-rikors ippreżentat minn Dôvera zdravotná poist’ovňa a.s. (iktar ’il quddiem “Dôvera”) intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 7277 final dwar numru ta’ miżuri ta’ appoġġ finanzjarju li dan l-Istat Membru kien implimenta favur Spoločná zdravotná poist’ovňa a.s. (iktar ’il quddiem “SZP”) u Všeobecná zdravotná poist’ovňa a.s. (iktar ’il quddiem “VšZP”) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kontenzjuża”) ( 2 ).

    2. 

    Minkejja li din il-kawża taqa’ fil-kuntest ta’ ġurisprudenza rikka fir-rigward tal-klassifikazzjoni bħala “impriża”, għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tat-Trattat, ta’ entitajiet li joperaw f’sistema ta’ sigurtà soċjali, hija tagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja l-possibbiltà li tipprovdi kjarifiki partikolarment mixtieqa li jirrigwardaw b’mod partikolari l-effett fuq din il-klassifikazzjoni tal-presenza ta’ operaturi oħra li għandhom skop ta’ lukru fi ħdan din is-sistema. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mistiedna tiddeċiedi għall-ewwel darba dwar il-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju fir-rigward tal-evalwazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-eżami tal-kwistjoni dwar jekk entità għandhiex titqies bħala impriża.

    I. Il-fatti li wasslu għall-kawża

    3.

    Fl-1994, is-sistema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard għaddiet minn sistema unitarja, b’kumpannija ta’ assigurazzjoni għall-mard pubblika waħda, għal mudell imħallat, li fih korpi pubbliċi u privati jikkoeżistu. Fl-2005, riforma tas-sistema biddlet b’mod partikolari l-forma ġuridika tal-fornituri ta’ assigurazzjoni kollha, minn entitajiet ġuridiċi sui generis għal kumpanniji b’responsabbiltà limitata. Fl-2007, leġiżlazzjoni imponiet fuq il-kumpanniji ta’ assigurazzjoni, sa mill‑1 ta’ Jannar 2008, projbizzjoni assoluta li jiddistribwixxu l-profitti tagħhom f’dividendi. Wara sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali Slovakka li ddikjarat din il-projbizzjoni antikostituzzjonali, il-leġiżlazzjoni ġiet emendata f’Lulju 2011 b’tali mod li tippermetti lil dawn il-kumpanniji jiddistribwixxu l-profitti tagħhom taħt ċerti kundizzjonijiet.

    4.

    Attwalment, ir-residenti Slovakki għandhom l-għażla bejn tliet korpi ta’ assigurazzjoni għall-mard:

    il-kumpanniji ta’ assigurazzjoni pubbliċi SZP u VšZP, li ġew amalgamati fl-1 ta’ Jannar 2010;

    il-kumpannija ta’ assigurazzjoni privata Dôvera u

    il-kumpannija ta’ assigurazzjoni privata Union zdravotná poist’ovňa a.s. (iktar ’il quddiem “Union”).

    5.

    Wara lment ta’ Dôvera fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat allegatament mogħtija mir-Repubblika Slovakka lil SZP u VšZP, fit‑2 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni bdiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

    6.

    Fil‑15 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kontenzjuża li tikkonstata li l-miżuri inkwistjoni ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, għar-raġuni li l-attività ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja organizzata u eżerċitata fis-Slovakkja ma tistax tiġi kkunsidrata bħala attività ekonomika u li għalhekk, SZP u VšZP, bħala benefiċjarji ta’ dawn il-miżuri, ma jistgħux jikklassifikaw bħala “impriżi” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

    II. Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata

    7.

    Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑24 ta’ April 2015, Dôvera ppreżentat rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża, li insostenn tiegħu hija qajmet żewġ motivi. Permezz tal-ewwel motiv, din il-kumpannija argumentat essenzjalment li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “impriża”, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, f’żewġ aspetti. L-ewwel nett, hija ma eżaminatx jekk SZP u VšZP jistgħux jiġu kkunsidrati bħala li jeżerċitaw kwalunkwe attività ekonomika, tkun xi tkun fi ħdan jew lil hinn mis-sistema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja, f’liema każ dawn kellhom jiġu kklassifikati bħala impriżi. It-tieni nett, hija kkunsidrat li l-klassifikazzjoni bħala “ekonomika” tal-attività eżerċitata mill-kumpanniji attivi fis-sistema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard tiddependi fuq kalkolu ta’ elementi ekonomiċi u mhux ekonomiċi, filwaqt li skont l-imsemmija kumpannija, il-presenza ta’ element ekonomiku, ikun xi jkun, f’sistema ta’ assigurazzjoni għall-mard huwa suffiċjenti sabiex tiġi kklassifikata bħala attività ekonomika. Permezz tat-tieni motiv, Dôvera argumentat essenzjalment, li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni billi kkunsidrat li fis-sistema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard, l-elementi mhux ekonomiċi jipprevalu fuq l-elementi ekonomiċi.

    8.

    Mingħajr ma eżaminat l-ewwel motiv, il-Qorti Ġenerali laqgħet it-tieni motiv, u fuq din il-bażi, annullat id-deċiżjoni kontenzjuża.

    9.

    Wara li fakkret il-ġurisprudenza relattiva għall-kunċett ta’ “impriża” ( 3 ), b’mod partikolari dik li tirrigwarda l-iskemi ta’ sigurtà soċjali, il-Qorti Ġenerali vverifikat jekk il-Kummissjoni kinitx wettqet żball ta’ liġi billi kkonkludiet li l-elementi ekonomiċi tas-sistema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja ma jqajmux dubji dwar l-elementi mhux ekonomiċi ta’ din is-sistema ( 4 ). Għall-finijiet ta’ dan l-eżami, il-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet, qabel kollox, li s-sistema inkwistjoni kellha, essenzjalment, l-elementi mhux ekonomiċi segwenti:

    il-korpi ta’ assigurazzjoni għall-mard huma legalment marbuta jkopru kull resident Slovakk li jagħmel talba u ma jistgħux jirrifjutaw l-assigurazzjoni ta’ persuna minħabba l-età, l-istat ta’ saħħa jew ir-riskju ta’ mard tagħha;

    din hija sistema ta’ kontribuzzjonijiet obbligatorji li l-ammonti tagħhom huma stabbiliti mil-liġi, proporzjonalment għad-dħul tal-persuna assigurata, iżda indipendentement mill-benefiċċji li tirċievi jew mir-riskju li jirriżulta, b’mod partikolari, mill-età jew mill-istat ta’ saħħa tal-persuna assigurata;

    il-persuni assigurati kollha huma ggarantiti l-istess livell bażiku ta’ benefiċċji;

    teżisti skema ta’ ugwalizzazzjoni tar-riskju, li permezz tagħha l-korpi li jassiguraw persuni b’riskju għoli jirċievu fondi mill-korpi li għandhom portafoll kompost minn persuni li jippreżentaw inqas riskji;

    il-korpi ta’ assigurazzjoni għall-mard huma suġġetti għal leġiżlazzjoni speċjali; minbarra statut, tad-drittijiet u obbligi identiċi, kull korp għandu l-għan li jimplimenta l-assigurazzjoni għall-mard pubblika u ma jistax jeżerċita attivitajiet oħra minbarra dawk previsti mil-liġi;

    l-attivitajiet tal-korpi ta’ assigurazzjoni għall-mard huma suġġetti għal kontroll minn awtorità regolatorja li tiżgura l-osservanza, minn dawn il-korpi, tal-kuntest leġiżlattiv deskritt iktar ’il fuq u tintervjeni f’każ ta’ ksur;

    10.

    Għalhekk il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punt 58 tas-sentenza appellata, li kien hemm “lok li tiġi approvata l-konklużjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi essenzjalment li l-iskema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja għandha aspetti soċjali, ta’ solidarjetà u regolatorji importanti”.

    11.

    Imbagħad, il-Qorti Ġenerali kompliet l-analiżi tagħha billi ħadet inkunsiderazzjoni l-elementi ekonomiċi ta’ din is-sistema ( 5 ). B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fl-ewwel lok, li l-possibbiltà li l-kumpanniji ta’ assigurazzjoni għall-mard jistgħu jagħmlu, jużaw u jiddistribwixxu parti mill-profitt tagħhom setgħet tqajjem dubju dwar in-natura mhux ekonomika tal-attività tagħhom. F’dan il-kuntest, il-konstatazzjoni li tali possibbiltà kienet suġġetta għall-osservanza ta’ rekwiżiti stretti intiżi sabiex jiżguraw id-durabbiltà tal-iskema u t-twettiq tal-għanijiet soċjali u ta’ solidarjetà li fuqhom hija msejsa ma hijiex rilevanti, peress li, fi kwalunkwe każ, il-possibbiltà li l-kumpanniji ta’ assigurazzjoni għall-mard Slovakki jfittxu u jagħmlu profitti b’mod liberu turi li dawn għandhom skop ta’ lukru, u għalhekk, li l-attivitajiet li huma jeżerċitaw fis-suq jaqgħu fl-isfera ekonomika.

    12.

    Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali kkonstatat l-eżistenza ta’ “ċerta” kompetizzjoni fir-rigward tal-kwalità u l-estensjoni tal-offerta bejn il-kumpanniji ta’ assigurazzjoni għall-mard differenti. F’dan ir-rigward, hija kkunsidrat li anki jekk il-kompetizzjoni li teżisti fl-iskema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja ma tirrigwardax la l-benefiċċji legali obbligatorji u lanqas l-ammont tal-kontribuzzjonijiet, din il-kompetizzjoni tibqa’ madankollu “intensa u kumplessa”, minħabba l-fatt li l-imsemmija korpi setgħu jżidu l-benefiċċji legali obbligatorji permezz ta’ benefiċċji konnessi gratwiti u li l-persuni assigurati kienu liberi li jagħżlu l-fornitur tagħhom ta’ assigurazzjoni għall-mard u li jibdluh darba fis-sena ( 6 ).

    13.

    Għalhekk, fid-dawl tal-iskop ta’ lukru li għandhom dawn il-korpi ta’ assigurazzjoni għall-mard u tal-eżistenza ta’ kompetizzjoni “intensa” fir-rigward tal-kwalità u l-offerta ta’ servizzi, il-Qorti Ġenerali kklassifikat l-attività ta’ provvista ta’ assigurazzjoni għall-mard fis-Slovakkja bħala attività ekonomika ( 7 ).

    III. Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet

    14.

    Permezz tal-appell tagħha fil-Kawża C‑262/18 P, il-Kummissjoni sostnuta mir-Repubblika tal-Finlandja, titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:

    l-annullament tas-sentenza appellata;

    li l-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali jew, sussidjarjament, li tiġi deċiża definittivament u

    li jiġu rriżervati l-ispejjeż jew li Dôvera u Union jiġu kkundannati għall-ispejjeż.

    15.

    Ir-Repubblika Slovakka titlob lil-Qorti tal-Ġustizzja:

    li jintlaqa’ l-appell u

    li Dôvera u Union jiġu kkundannati għall-ispejjeż jew li l-ispejjeż jiġu rriżervati.

    16.

    Dôvera titlob:

    li l-appell jiġi miċħud u

    li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ispejjeż.

    17.

    Permezz tal-appell tagħha fil-Kawża C‑271/18 P, ir-Repubblika Slovakka, sostnuta mir-Repubblika tal-Finlandja, titlob:

    l-annullament tas-sentenza appellata;

    li r-rikors jiġi miċħud, jew sussidjarjament, li l-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali u

    li Dôvera u Union jiġu kkundannati għall-ispejjeż jew li l-ispejjeż jiġu rriżervati.

    18.

    Il-Kummissjoni titlob:

    l-annullament tas-sentenza appellata;

    li l-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali, jew sussidjarjament, li tiġi deċiża definittivament u

    li l-ispejjeż jiġu rriżervati jew li Dôvera u Union jiġu kkundannati għall-ispejjeż.

    19.

    Dôvera u Union jitolbu:

    li l-appell jiġi miċħud u

    li r-Repubblika Slovakka tiġi kkundannata għall-ispejjeż.

    20.

    Permezz tal-appelli inċidentali tagħha fil-Kawżi C‑262/18 P u C‑271/18 P, Dôvera titlob:

    l-annullament tal-punt 58 tas-sentenza appellata sa fejn jistabbilixxi li Dôvera ma kinitx ikkontestat il-konstatazzjoni li l-iskema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard għandha “aspetti soċjali, ta’ solidarjetà u regolatorji importanti”.

    21.

    Union titlob:

    l-annullament tal-punt 58 tas-sentenza appellata sa fejn jistabbilixxi li Dôvera ma kinitx ikkontestat il-konstatazzjoni li l-iskema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard għandha “aspetti soċjali, ta’ solidarjetà u regolatorji importanti” u

    li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ispejjeż.

    22.

    Ir-Repubblika Slovakka titlob:

    li l-appell inċidentali jiġi miċħud bħala inammissibbli u

    li Dôvera tiġi kkundannata għall-ispejjeż.

    23.

    Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:

    li l-appell inċidentali jiġi miċħud bħala inammissibbli, jew sussidjarjament, l-annullament tas-sentenza appellata;

    li l-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali, jew sussidjarjament, li tiġi deċiża definittivament u

    li l-ispejjeż jiġu rriżervati jew li Dôvera u Union jiġu kkundannati għall-ispejjeż.

    24.

    Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad‑19 ta’ Novembru 2018, il-Kawżi C‑262/18 P u C‑271/18 P ġew magħquda flimkien għall-finijiet tal-proċedura orali kif ukoll tas-sentenza.

    25.

    Il-Kummissjoni, ir-Repubblika Slovakka, Dôvera u Union għamlu s-sottomissjonijiet orali tagħhom waqt is-seduta tal‑1 ta’ Ottubru 2019.

    IV. L-appelli prinċipali

    26.

    Insostenn tal-appelli tagħhom, il-Kummissjoni u r-Repubblika Slovakka, sostnuti mir-Repubblika tal-Finlandja, iqajmu rispettivament, tlieta u erba’ aggravji. It-tliet aggravji mqajma mill-Kummissjoni jikkorrispondu, essenzjalment, għat-tieni, it-tielet u r-raba’ aggravju mqajma mir-Repubblika Slovakka, li ser nitratta flimkien f’dawn il-konklużjonijiet, wara l-eżami tal-ewwel aggravju mressaq mir-Repubblika Slovakka.

    A.   Fuq l-ewwel aggravju mqajjem mir-Repubblika Slovakka fil-Kawża C‑271/18 P, ibbażat fuq ksur tal-limiti tas-setgħa ta’ stħarriġ ġudizzjarju tal-Qorti Ġenerali

    1. L-argumenti tal-partijiet

    27.

    Ir-Repubblika Slovakka tqis li fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali eċċediet is-setgħa ta’ stħarriġ ġudizzjarju li hija għandha fuq id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi ssuġġettat il-kwistjoni dwar jekk l-attività ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja inkwistjoni tikkostitwixxix attività ekonomika għal stħarriġ sħiħ. Fil-fatt, skont ir-Repubblika Slovakka, din il-kwistjoni timplika mingħajr dubju evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi li fir-rigward tagħhom il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet l-eżistenza ta’ setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-Kummissjoni. Issa, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma osservatx din is-setgħa diskrezzjonali, iżda ssostitwixxiet l-evalwazzjoni ekonomika tagħha għal dik tal-Kummissjoni.

    28.

    Dôvera u Union isostnu li dan l-aggravju ma huwiex fondat. Insostenn tat-talbiet tagħhom, huma jargumentaw li l-kwistjoni dwar jekk l-attività ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja fis-Slovakkja tikkostitwixxix attività ekonomika ma tirrikjedix evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi, iżda sempliċi eżami tal-fatti. Fil-fatt dawn l-evalwazzjonijiet ma jurux li huwa neċessarju li ssir evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ miżura ta’ għajnuna mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) TFUE. Fi kwalunkwe każ, l-evalwazzjoni mwettqa mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata twassal għall-konstatazzjoni ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni, sa fejn il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-provi sostnuti fid-deċiżjoni kontenzjuża ma jsostnux il-konklużjonijiet li nġibdu f’din id-deċiżjoni.

    2. Evalwazzjoni

    29.

    Preliminarjament, jidhirli li huwa neċessarju, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-Qorti Ġenerali eċċedietx effettivament is-setgħa ta’ stħarriġ ġudizzjarju tagħha, li jsiru xi osservazzjonijiet li jirrigwardaw il-prinċipji li jirregolaw l-intensità tal-imsemmi stħarriġ fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat.

    30.

    F’dan il-qasam, żewġ tipi ta’ stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni huma ġeneralment eżerċitati mill-qorti tal-Unjoni: stħarriġ sħiħ, li permezz tiegħu hija tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha għal dik tal-Kummissjoni, jew stħarriġ ristrett, ta’ portata iktar ridotta ( 8 ). F’dan l-aħħar każ, il-qorti tillimita ruħha “għall-verifika tal-osservanza tar-regoli tal-proċedura u tal-motivazzjoni, tal-eżattezza materjali tal-fatti kkunsidrati sabiex issir l-għażla kkontestata, tal-assenza ta’ żball manifest fl-evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti jew in-nuqqas ta’ abbuż ta’ poter” ( 9 ).

    31.

    Skont ġurisprudenza klassika, il-fattur li l-presenza tiegħu twassal lill-qorti tal-Unjoni sabiex teżerċita sempliċi stħarriġ ristrett, minflok stħarriġ sħiħ, jinsab fin-natura ekonomika jew teknika kumplessa tal-evalwazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkonċernata ( 10 ). Huwa r-rekwiżit li l-Kummissjoni tingħata setgħa diskrezzjonali dedott minn din in-natura li timponi stħarriġ ġudizzjarju ta’ portata iktar limitata.

    32.

    Konsegwentement, l-ewwel stadju tal-analiżi intiż sabiex jiddetermina l-portata tal-istħarriġ li l-qorti tal-Unjoni għandha twettaq jikkonsisti fil-verifika dwar jekk l-evalwazzjonijiet suġġetti għall-eżami tagħha għandhomx jiġu kklassifikati bħala evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi.

    33.

    F’dan ir-rigward, fl-assenza ta’ definizzjoni ġenerali tal-kunċett ta’ “evalwazzjoni ekonomika kumplessa”, il-ġurisprudenza tistedinni nirrispondi, qabel kollox, għad-domanda dwar jekk l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni inkwistjoni f’dan l-eżami sarux fil-kuntest tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat jew tal-kompatibbiltà mas-suq intern.

    34.

    F’dan l-aħħar każ, ma jkunx neċessarju li tkompli l-analiżi, minħabba l-fatt li, kif ddikjarat b’mod kostanti l-Qorti tal-Ġustizzja, l-eżami tal-kompatibbiltà fir-rigward tal-Artikolu 107(3) TFUE tinkludi neċessarjament evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi ( 11 ).

    35.

    Mill-banda l-oħra, l-eżami meħtieġ mill-Artikolu 107(1) TFUE, fil-prinċipju, ma jħallix marġni għal tali evalwazzjonijiet, peress li skont ġurisprudenza kkonsolidata, il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat għandu natura ġuridika u għandu jiġi interpretat abbażi ta’ elementi oġġettivi ( 12 ). Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li dan il-kunċett jista’, f’ċerti kazijiet, jeħtieġ evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi.

    36.

    Hija preċiżament il-kwistjoni dwar jekk l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni li jirrigwardaw l-klassifikazzjoni ta’ impriża fil-kuntest tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat jistgħux jaqgħu taħt wieħed minn dawn il-każijiet, li l-Qorti tal-Ġustizzja hija mistiedna teżamina sabiex tiddeċiedi l-ewwel aggravju tar-Repubblika Slovakka.

    37.

    Fl-appell tagħha, ir-Repubblika Slovakka tiddikjara biss, li waqt il-verifika dwar jekk il-kumpanniji li joperaw fi ħdan l-iskema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “impriża”, il-Kummissjoni mingħajr dubju għamlet evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi. Insostenn tal-argument tagħha, ir-Repubblika Slovakka tiċċita diversi deċiżjonijiet li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li evalwazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni jippreżentaw tali natura. Ladarba l-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li dawn l-evalwazzjonijiet għandhom natura ekonomika kumplessa, skont ir-Repubblika Slovakka, ma hemm ebda raġuni għaliex din l-istess natura għandha tiġi miċħuda fir-rigward tal-evalwazzjonijiet inkwistjoni f’din il-kawża.

    38.

    Sabiex inkun nista’ nesprimi ruħi dwar il-fondatezza ta’ dan l-argument, jidhirli li huwa neċessarju li jiġi identifikat is-suġġett an tal-evalwazzjonijiet inkwistjoni fl-imsemmija deċiżjonijiet ( 13 ):

    fil-kawża DSG vs Il-Kummissjoni ( 14 ), l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni inkwistjoni kienet tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk investitur privat kienx żied jew estenda l-linja ta’ kreditu mogħtija lil kumpannija privata għall-istess kundizzjonijiet bħall-Gvern Ġermaniż, fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja u l-prospetti ta’ profittabbiltà ta’ din il-kumpannija;

    fil-kawża Spanja vs Lenzing ( 15 ), l-evalwazzjoni inkwistjoni kienet tirrigwarda l-punt dwar jekk kreditur privat kienx aġixxa bl-istess mod bħaż-żewġ korpi pubbliċi Spanjoli kkonċernati peress li kkonkluda ftehim ta’ ristrutturazzjoni tad-djun ma’ kumpannija privata u ma għamilx l-irkupru forzat ta’ dawn id-djun wara l-ksur tal-imsemmi ftehim min-naħa tal-kumpannija inkwistjoni, fid-dawl ta’ serje ta’ fatturi u ċirkustanzi, b’mod partikolari l-garanziji marbuta mal-krediti tiegħu u l-prospetti ta’ vijabbiltà u profittabbiltà tal-kumpannija debitriċi;

    fil-kawża Chronopost u La Poste vs UFEX et ( 16 ), l-evalwazzjoni inkwistjoni kienet tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk ir-remunerazzjoni tal-assistenza loġistika u kummerċjali pprovduta mill-operatur pubbliku Franċiż fis-settur tal-kunsinna postali ordinarja lill-kumpannija li tamministra l-kunsinna espressa, li huwa jikkontrolla indirettament, matul perijodu ta’ għaxar snin, ikkorrispondietx għall-aġir li kien jiġi adottat, fl-istess kundizzjonijiet, minn investitur privat;

    fil-kawża Il-Kummissjoni vs Scott ( 17 ), l-evalwazzjoni inkwistjoni kienet tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk il-prezz imħallas minn kumpannija għal art mibjugħa mill-awtoritajiet pubbliċi Franċiżi jikkorrispondix għall-prezz tal-bejgħ li venditur privat kien jaċċetta;

    fil-kawża Land Burgenland et vs Il-Kummissjoni ( 18 ), l-evalwazzjoni inkwistjoni kienet tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk l-awtoritajiet pubbliċi Awstrijaċi kinux aġixxew bl-istess mod bħal venditur privat meta biegħu bank reġjonali, mhux lill-offerent bl-ogħla offerta iżda lil parti oħra, għal prezz tax-xiri nettament inqas, fid-dawl ta’ diversi ċirkustanzi, b’mod partikolari l-grad ta’ ċertezza tat-tranżazzjoni u r-riskji finanzjarji assoċjati.

    39.

    Issa, fil-fehma tiegħi, ma hemmx dubju li s-sempliċi riferiment għal din is-serje ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jistax fih innifsu jiġġustifika r-rikonoxximent ta’ natura ekonomika kumplessa lill-evalwazzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni ta’ SZP u VšZP bħala impriża, peress li ebda waħda mill-evalwazzjonijiet ikkunsidrati bħala ekonomiċi kumplessi f’dawn id-deċiżjonijiet ma hija intiża sabiex tiddetermina jekk l-entità benefiċjarja ta’ appoġġ pubbliku taqax fil-kunċett ta’ “impriża”.

    40.

    Mill-banda l-oħra, l-għan tal-evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi kollha inkwistjoni fid-deċiżjonijiet iċċitati mir-Repubblika Slovakka huwa l-verifika tal-eżistenza ta’ vantaġġ permezz tal-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur privat li jopera f’ekonomija tas-suq fil-verżjonijiet differenti tiegħu, jiġifieri l-kriterji tal-investitur privat, tal-kreditur privat u tal-bejjiegħ privat (iktar ’il quddiem il-“kriterju tal-operatur privat”) ( 19 ), li ma jidhirlix li huwa sorprendenti, peress li fil-kuntest tal-istħarriġ li għandha twettaq sabiex tiddetermina jekk il-kundizzjonijiet tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat humiex issodisfatti, il-Qorti tal-Ġustizzja, sa fejn naf jien, tirrikonoxxi n-natura ekonomika kumplessa għall-evalwazzjonijiet biss li jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-imsemmi kriterju ( 20 ), u waslet sabiex tikkonstata li din l-applikazzjoni timplika mingħajr dubju tali natura ( 21 ).

    41.

    Peress li fl-appell tagħha, ir-Repubblika Slovakka targumenta b’mod impliċitu li l-konklużjoni dwar il-kriterju tal-operatur privat għandha tappika b’analoġija għal dan il-każ, għandu jiġi ddeterminat jekk il-kunsiderazzjonijiet li wasslu lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrikonoxxi natura ekonomika kumplessa lill-implimentazzjoni tal-kriterju tal-operatur privat humiex trasponibbli għall-evalwazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni sabiex tiddetermina jekk SZP u VšZP jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “impriża”, kif tqis ir-Repubblika Slovakka.

    42.

    Dawn il-kunsiderazzjonijiet għandhom jiġu identifikati. L-ewwel nett, fir-rigward tan-natura ekonomika tal-evalwazzjonijiet ikkonċernati, ma hemm l-ebda dubju li peress li operatur privat jaġixxi skont il-possibbiltajiet ta’ profittabbiltà prevedibbli, apparti kull kunsiderazzjoni oħra ( 22 ), l-implimentazzjoni ta’ test ta’ konformità mal-aġir tiegħu jimplika neċessarjament analiżi li tirrigwarda data ekonomika. It-tieni nett, fil-fehma tiegħi, in-natura kumplessa tal-imsemmija evalwazzjonijiet hija spjegata, fil-fehma tiegħi, mill-fatt li l-kriterju tal-operatur privat ma jirrikjedix li tiġi kkonstatata data ekonomika ppruvata, iżda purament ipotetika, sa fejn dan jirrigwarda analiżi ex ante tal-prospetti ta’ profittabbiltà ta’ aġir fis-suq ( 23 ). Huwa preċiżament dan l-element ta’ prospettività, ta’ previżjoni ekonomika li jidhirli li huwa l-bażi tan-natura ekonomika kumplessa tal-evalwazzjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur privat. Barra minn hekk, din il-konstatazzjoni jidhirli li hija kkorroborata minn silta tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Scott, li fih il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeduċi, b’mod partikolari mill-fatt li l-art kontenzjuża kienet inbiegħet lill-kumpannija privata kkonċernata fl-assenza kemm ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti inkundizzjonata kif ukoll ta’ evalwazzjoni minn espert indipendenti, li “[b]’hekk […] il-kompitu tal-Kummissjoni kien tant kumpless u seta’ jwassal biss għal stima approssimattiva tal-valur tas-suq tal-art kontenzjuża” ( 24 ).

    43.

    Fil-qosor, jidher li n-natura ekonomika kumplessa tal-evalwazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni waqt l-implimentazzjoni tal-kriterju tal-operatur privat hija dovuta għal fatt li r-riskju inerenti għal kull tbassir ekonomiku jagħmel neċessarju sforz ta’ interpretazzjoni li għalih il-qorti tal-Unjoni ma hijiex mgħammra, li jiġġustifika l-għoti ta’ marġni ta’ diskrezzjoni lill-Kummissjoni ( 25 ).

    44.

    Huwa ovvju li dawn il-kunsiderazzjonijiet ma jistgħux jiġu applikati b’analoġija għall-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni, bħal dawk intiżi sabiex jiġi ddeterminat jekk entità benefiċjarja ta’ appoġġ pubbliku għandhiex tiġi kkunsidrata bħala impriża fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, li ma jinkludu ebda element ta’ tbassir ekonomiku.

    45.

    Għalhekk tqum il-mistoqsija jekk, minkejja dan, l-imsemmija evalwazzjonijiet, u b’mod iktar partikolari dawk li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni bħala impriża ta’ entità li topera fi ħdan sistema ta’ sigurtà soċjali, jistgħux jiġu kkunsidrati li għandhom natura ekonomika kumplessa abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet differenti minn dawk li kienu l-bażi tar-rikonoxximent ta’ tali natura fil-każ tal-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur privat.

    46.

    Fil-fehma tiegħi, it-tweġiba għandha tkun fin-negattiv.

    47.

    Fil-fatt, inqis li dawn l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni ma għandhomx, fi kwalunkwe każ, natura ekonomika kumplessa għar-raġunijiet esposti hawn taħt.

    48.

    L-ewwel nett nosserva li kif ser jirriżulta mill-eżami tal-aggravji bbażati fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ impriża ( 26 ), il-kwistjoni dwar jekk l-attività mwettqa minn entità li topera fi ħdan sistema ta’ sigurtà soċjali għandhiex natura ekonomika u għalhekk tippermettix li din l-entità tiġi kklassifikata bħala impriża, timplika l-verifika tal-eżistenza ta’ ċerti elementi, bħan-natura obbligatorja jew fakultattiva tal-affiljazzjoni mal-iskema tas-sigurtà soċjali, il-libertà jew l-assenza ta’ libertà fir-rigward tal-iffissar tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet jew ir-relazzjoni ta’ dipendenza jew indipendenza bejn dan l-ammont u l-benefiċċji mħallsa, fis-sistema ġuridika nazzjonali li tirregola l-eżerċizzju tal-attività li jiġi pprovdut is-servizz ta’ sigurtà soċjali kkonċernat.

    49.

    Ma jidhirlix li hemm xi dubju, l-ewwel nett, li l-evalwazzjonjiet dwar l-eżistenza ta’ dawn l-elementi, li jirrigwardaw il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, għandhom natura ġuridika evidenti, u mhux ekonomika.

    50.

    Fir-rigward tan-natura kumplessa, anki jekk, fis-sistemi “mħallta”, dawn l-evalwazzjonijiet jimplikaw l-ibbilanċjar ta’ elementi ekonomiċi u mhux ekonomiċi, jien ma naħsibx li tali eżerċizzju huwa tant kumpless li jiġġustifika l-għoti ta’ marġni ta’ diskrezzjoni lill-Kummissjoni, kif jintwera mill-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja wettqet hija stess dawn l-evalwazzjonijiet fil-kawżi għal deċiżjoni preliminari li wasslu għas-sentenzi msemmija fil-punti 115 u 120 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    51.

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, fil-fehma tiegħi ma huwiex neċessarju li nikkunsidra l-argument żviluppat f’dan l-aggravju, li permezz tiegħu r-Repubblika Slovakka tikkritika lill-Qorti Ġenerali ma stabbilixxietx l-eżistenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni. Jidhirli li dan l-argument jiddependi fuq il-konstatazzjoni li l-kunċett ta’ “impriża” jimplika li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi, li jien nissuġġerixxi li għandu jiġi miċħud f’dan il-każ.

    52.

    Għalhekk, jien naħaseb li billi fis-sentenza appellata, issostitwixxiet l-evalwazzjoni tagħha stess għal dik tal-Kummissjoni fir-rigward tal-klassifikazzjoni bħala impriża ta’ SZP u VšZP, il-Qorti Ġenerali ma eċċedietx il-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju tagħha, kif stabbiliti mill-ġurisprudenza rilevanti.

    3. Konklużjoni dwar l-ewwel aggravju mqajjem mir-Repubblika Slovakka fil-Kawża C-271/18 P

    53.

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-ewwel aggravju fil-Kawża C‑271/18 P bħala infondat.

    B.   Fuq l-ewwel aggravju mqajjem mill-Kummissjoni fil-Kawża C‑262/18 P u r-raba’ aggravju mqajjem mir-Repubblika Slovakka fil-Kawża C‑271/18 P, ibbażati fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

    1. L-argumenti tal-partijiet

    54.

    Il-Kummissjoni u r-Repubblika Slovakka, sostnuti mir-Repubblika tal-Finlandja, jargumentaw li l-motivazzjoni tas-sentenza appellata hija kemm kontradittorja kif ukoll insuffiċjenti. B’mod partikolari, din il-motivazzjoni ma tippermettix li jinftiehem liema kriterju ġuridiku ġie applikat fis-sentenza appellata. Fil-fatt, filwaqt li l-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni kontenzjuża billi laqgħet it-tieni motiv tar-rikors, relattiv għall-ibbilanċjar ta’ elementi ekonomiċi u mhux ekonomiċi, mill-punti 58 u 63 sa 69 tas-sentenza appellata, jirriżulta li fir-realtà l-Qorti Ġenerali applikat il-kriterju ġuridiku propost fil-kuntest tal-ewwel motiv tar-rikors, li jipprovdi li l-presenza ta’ element ekonomiku, ikun xi jkun, f’sistema ta’ assigurazzjoni għall-mard, huwa suffiċjenti sabiex jikklassifika bħala ekonomika l-attività eżerċitata mill-korpi attivi f’din is-sistema.

    55.

    Ir-Repubblika Slovakka żżid li l-motivazzjoni tas-sentenza appellata ma tippermettix li jinftiehmu r-raġunijiet li għalihom il-Qorti Ġenerali eskludiet il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u lanqas l-importanza mogħtija mill-Qorti Ġenerali lill-possibbiltà tal-korpi ta’ assigurazzjoni għall-mard li jużaw u jiddistribwixxu parti mill-profitti tagħhom kif ukoll lill-grad limitat ta’ kompetizzjoni eżistenti. Fir-rigward tal-profitti, il-Qorti Ġenerali naqset b’mod partikolari milli tieħu inkunsiderezzjoni l-fatt li waħda mill-miżuri oġġett tad-deċiżjoni kontenzjuża kienet l-applikazzjoni ta’ perijodu li fih il-korpi ta’ assigurazzjoni kienu pprojbiti milli jiddistribwixxu l-profitti. Fir-rigward tal-grad ta’ kompetizzjoni eżistenti, is-sentenza appellata hija kontradittorja, peress li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat, minn naħa, li dawn il-kumpanniji kellhom biss “ċerta kompetizzjoni”, u min-naħa l-oħra, li din il-kompetizzjoni kienet “intensa u kumplessa”.

    56.

    Dôvera u Union iwieġbu li l-motivazzjoni tas-sentenza appellata hija suffiċjentement ċara u preċiża. B’mod partikolari, mill-punt 54 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ma applikatx il-kriterju legali propost minn Dôvera fil-kuntest tal-ewwel motiv tagħha, iżda wettqet ibbilanċjar ta’ elementi differenti preżenti fl-iskema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja. F’dan il-kuntest, il-punt 69 tas-sentenza appellata jikkostitwixxi biss obiter dictum, u mill-punti 63 sa 68 ta’ din is-sentenza jirriżulta b’mod ċar li l-klassifikazzjoni tal-attività eżerċitata mill-kumpanniji attivi fis-sistema ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja bħala “ekonomika” kienet ibbażata fuq il-presenza ta’ żewġ elementi kumulattivi, jiġifieri l-eżistenza ta’ kompetizzjoni bejniethom u li l-korpi l-oħra minbarra SZP u VšZP isegwu skop ta’ lukru. Fir-rigward tal-użu u d-distribuzzjoni tal-profitti mwettqa minn dawn il-kumpanniji ta’ assigurazzjoni għall-mard, ir-restrizzjonijiet legali eżistenti huma normali għall-attivitajiet ta’ assigurazzjoni u ma jfissrux li l-attivitajiet inkwistjoni huma nieqsa minn natura ekonomika. Barra minn hekk, il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali dwar il-grad ta’ kompetizzjoni eżistenti huma perfettament koerenti.

    2. Evalwazzjoni

    57.

    L-ilmenti li fuqhom huwa bbażat dan l-aggravju jirrigwardaw in-natura allegatament insuffiċjenti kif ukoll kontradittorja tal-motivazzjoni tas-sentenza appellata. Dawn għandhom jiġu eżaminati waħda waħda.

    58.

    L-ewwel nett, għal dak li jirrigwarda l-ilment li r-raġunament tal-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata kif ukoll il-konklużjoni li waslet għaliha juru li anki jekk hija annullat id-deċiżjoni kontenzjuża billi laqgħet it-tieni motiv tar-rikors, fir-realtà, hija applikat il-kriterju legali propost mill-parti rikorrenti fil-kuntest tal-ewwel motiv tar-rikors tagħha, nosserva li dan l-ilment huwa bbażat fuq il-qari tal-punti 58 u 63 sa 69 tas-sentenza appellata, imfakkar hawn taħt.

    59.

    Billi eżaminat it-tieni motiv tar-rikors, il-Qorti Ġenerali kkonfermat, fil-punt 58 tas-sentenza appellata, il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-iskema Slovakka hija essenzjalment ibbażata fuq is-solidarjetà, u aċċettat, fil-punt 64 ta’ din is-sentenza, l-ispjegazzjoni ulterjuri tal-Kummissjoni li l-karatteristiċi ekonomiċi tal-iskema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja kienu ġew introdotti sabiex jiġi żgurat it-twettiq tal-għanijiet soċjali u ta’ solidarjetà tagħha. Dan kellu jwassal lill-Qorti Ġenerali sabiex tiċħad dan il-motiv, peress li l-kriterju ġuridiku applikat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha u aċċettat mir-rikorrenti fl-ewwel istanza fil-kuntest tat-tieni motiv tar-rikors tagħha jikkonsisti fil-punt dwar jekk l-iskema inkwistjoni hijiex essenzjalment ibbażata fuq is-solidarjetà jew jekk għandhiex essenzjalment natura ekonomika, u d-dikjarazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fil-punti fuq imsemmija jindikaw b’mod ċar li l-għażla korretta hija l-ewwel waħda. Mill-banda l-oħra, fil-punt 68 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali laqgħet dan il-motiv u annullat id-deċiżjoni kkontestata abbażi tal-konstatazzjoni li l-presenza ta’ operaturi oħra li għandhom skop ta’ lukru u l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni fis-sistema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja juru n-natura ekonomika tal-attività eżerċitata fi ħdan tali sistema. Dawn iż-żewġ elementi ekonomiċi kienu għalhekk, waħedhom, tali li jibdlu l-provvista ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja fis-Slovakkja f’attività ekonomika, minkejja l-aspetti soċjali, ta’ solidarjetà u regolatorji predominanti.

    60.

    Jidhirli li dan l-ilment huwa bbażat fuq il-premessa li fil-punt 58 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-iskema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja għandha aspetti soċjali, ta’ solidarjetà u regolatorji “predominanti”.

    61.

    F’dan ir-rigward, nirrileva li fil-verżjoni fil-lingwa tal-proċedura tas-sentenza appellata, jiġifieri fil-verżjoni bil-lingwa Ingliża, il-Qorti Ġenerali fakkret qabel kollox, fil-punt 54, li l-Kummissjoni kienet ikkonkludiet li l-karatteristiċi soċjali, ta’ solidarjetà u regolatorji tal-imsemmija skema huma predominanti (predominant). Sussegwentement, fil-punt 55 ta’ din is-sentenza, jidhirli li hija osservat li dak li fir-realtà jirriżulta mill-espożizzjoni ta’ dawn il-karatteristiċi fid-deċiżjoni kontenzjuża huwa li dawn huma “importanti” (significant). Finalment, fil-punti 56 u 57 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali vverifikat permezz tal-identifikazzjoni tal-imsemmija karatteristiċi, l-eżattezza ta’ din l-aħħar konstatazzjoni, u b’hekk waslet għal risposta pożittiva fil-punt 58 ta’ din is-sentenza.

    62.

    Madankollu, minkejja li l-punt 58 tas-sentenza appellata jikklassifika l-aspetti soċjali, ta’ solidarjetà u regolatorji bħala “predominanti” (predominant), fil-fehma tiegħi, ma hemmx dubju li peress li huwa intiż sabiex isostni l-konstatazzjoni tal-punt 55 tal-imsemmija sentenza, għandu jinftiehem bħala li jikklassifika dawn l-aspetti bħala “importanti” (significant), li barra minn hekk huwa kkorroborat bil-verżjoni Franċiża tas-sentenza appellata. Fil-punt 58 ta’ din il-verżjoni lingwistika, tidher fil-fatt il-kelma “important”, b’dispjaċir tradotta għall-kelma “predominant” (predominanti) fil-verżjoni Ingliża tas-sentenza.

    63.

    Barra minn hekk u fuq kollox, il-klassifikazzjoni ta’ dawn l-elementi bħala “predominanti” bl-ebda mod ma hija kompatibbli mal-aħħar sentenza tal-punt 58 tas-sentenza appellata nnifsu (“that finding is not challenged by the applicant”), peress li huwa stabbilit li tali karatterizzazzjoni tal-iskema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja kienet espressament irrifjutata minn Dôvera diversi drabi matul il-proċedura tal-ewwel istanza.

    64.

    Ċertament, il-punt 58 tas-sentenza appellata jidher li qiegħed japprova l-konklużjonijiet tad-deċiżjoni kontenzjuża (“In the light of those various factors, it is necessary to uphold the Commission’s conclusion that, in essence, the Slovak compulsory health insurance scheme had predominant social, solidarity and regulatory features […]” ( 27 )), deċiżjoni li fiha l-Kummissjoni kkonkludiet diversi drabi li hemm in-natura predominanti tal-elementi mhux ekonomiċi inkwistjoni. Madankollu, iż-żieda, fit-test ta’ dan il-punt, tal-espressjoni “in essence” (essenzjalment) turi, fil-fehma tiegħi, li din il-konklużjoni hija approvata mill-Qorti Ġenerali sa fejn tirrigwarda l-eżistenza ta’ dawn l-elementi, u mhux il-konsegwenzi li din l-eżistenza għandha fuq il-grad ta’ solidarjetà tal-iskema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja għall-finijiet tal-karatterizzazzjoni tal-attività eżerċitata fi ħdan din is-sistema bħala ekonomika.

    65.

    Għalhekk, jekk wieħed jaċċetta li fil-punt 58 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali rrilevat biss li l-elementi mhux ekonomiċi ta’ din l-iskema kienu “importanti”, ma narax kif il-motivazzjoni li hija tat tista’ titqies kontradittorja.

    66.

    Fil-fatt, peress li l-Qorti Ġenerali ma kkonfermatx il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-iskema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja kienet essenzjalment ibbażata fuq is-solidarjetà, iżda rrikonoxxiet sempliċement, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-kriterju legali tal-ibbilanċjar tal-elementi ekonomiċi u mhux ekonomiċi tal-iskema, li dan fih elementi mhux ekonomiċi “importanti”, il-konklużjoni tagħha li fid-dawl tal-elementi ekonomiċi eżaminati fil-punti 63 sa 67 tas-sentenza appellata, l-attività ta’ provvista ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligtorja fis-Slovakkja kienet attività ekonomika, hija fil-fehma tiegħi, totalment koerenti mal-premessa tagħha.

    67.

    Fil-fehma tiegħi, f’dawn iċ-ċirkustanzi, dan l-ilment għandu jiġi miċħud.

    68.

    It-tieni nett, għal dak li jirrigwarda l-ilment, li jidhirli li huwa distint minn dak preċedenti, li jipprevedi li l-punt 69 tas-sentenza appellata, sa fejn jistipula li l-presenza ta’ korpi ta’ assigurazzjoni għall-mard li għandhom skop ta’ lukru jbiddlu lil SZP u VšZP “b’effett kollaterali” f’impriżi, għandu jinqara fis-sens li dan l-element huwa suffiċjenti, waħdu, sabiex tiġi konkluża li hemm in-natura ekonomika tal-attività ta’ provvista ta’ assigurazzjoni għall-mard fis-Slovakkja, ma jikkonvinċinix.

    69.

    Qabel ma nibda l-analiżi, l-imsemmi punt għandu jiġi riprodott kollu. Fih il-Qorti Ġenerali tiddikjara dan li ġej: “din il-konklużjoni [li tipprevedi li l-attività inkwistjoni għandha natura ekonomika] ma tistax tiġi kkontestata, anki jekk jiġi sostnut li SZP u VšZP ma għandhomx skop ta’ lukru. Ċertament, meta l-korpi li l-attività tagħhom hija eżaminata ma jkollhomx tali skop, iżda jkollhom marġni ta’ libertà sabiex joħolqu ċerta kompetizzjoni sabiex jattiraw lill-persuni assigurati, din il-kompetizzjoni ma hijiex ta’ natura li tikkontesta n-natura mhux ekonomika tal-attività tagħhom, b’mod partikolari meta dan l-element ta’ kompetizzjoni jkun ġie introdott sabiex jinċentiva lill-fondi ta’ assigurazzjoni għall-mard jeżerċitaw l-attività tagħhom skont il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba (sentenza tas‑16 ta’ Marzu 2004, AOK Bundesverband et (C‑264/01, C‑306/01, C-354/01 u C‑355/01, EU:C:2004:150, punt 56). Madankollu mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 48 iktar ’il fuq jirriżulta li l-fatt li l-offerta ta’ oġġetti u ta’ servizzi ssir mingħajr skop ta’ lukru ma huwiex ta’ ostakolu sabiex l-entità li twettaq dawn it-tranżazzjonijiet fis-suq tiġi kkunsidrata bħala impriża, sa fejn din l-offerta tkun f’kompetizzjoni ma’ dik ta’ operaturi oħra li għandhom skop ta’ lukru. Isegwi li ma huwiex il-fatt waħdu li jkun hemm sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni f’suq partikolari li jiddetermina n-natura ekonomika tal-attività, iżda pjuttost il-presenza, fl-imsemmi suq, ta’ operaturi li għandhom skop ta’ lukru. Issa, dan huwa l-każ f’din il-kawża, peress li l-partijiet jaqblu li l-operaturi tas-suq l-oħra inkwistjoni għandhom effettivament skop ta’ lukru, b’tali mod li SZP u VšZP għandhom, b’effett kollaterali, ikunu kkunsidrati bħala impriżi”.

    70.

    Jekk wieħed jagħmel biss eżami purament formali, wieħed jista’ jaqbel mal-interpretazzjoni tal-Kummissjoni u tar-Repubblika Slovakka. Fil-fatt, nosserva li minn naħa, il-Qorti Ġenerali għamlet il-konstatazzjonijiet li jinsabu fil-punt 69 tas-sentenza appellata wara li ddeċidiet, fil-punt 68 ta’ din is-sentenza, li n-natura ekonomika tal-attività inkwistjoni tirriżulta mill-eżistenza ta’ kompetizzjoni fir-rigward tal-kwalità u tal-offerta ta’ servizzi u mill-presenza ta’ operaturi oħra li għandhom skop ta’ lukru, li jista’ jinftiehem bħala xhieda tal-intenzjoni tagħha li tispeċifika tali konklużjoni fis-sens li hija t-tfittxija waħedha ta’ skop ta’ lukru ta’ operaturi oħra, u mhux li jkun hemm iż-żewġ elementi flimkien, li kienet neċessarju sabiex tiġi konkluża n-natura ekonomika tal-attività. Min-naħa l-oħra, hija użat diversi drabi formulazzjoni li timplika ġerarkija bejn iż-żewġ elementi inkwistjoni (“[…] iżdapjuttost il-presenza, fl-imsemmi suq, ta’ operaturi li għandhom skop ta’ lukru” ( 28 )) jew li ma kienx neċessarju li jingħad li kien hemm l-eżistenza ta’ kompetizzjoni fir-rigward tal-kwalità jew tal-offerta ta’ servizzi (“peress li l-partijiet jaqblu li l-operaturi tas-suq l-oħra inkwistjoni għandhom effettivament skop ta’ lukru, [..] SZP u VšZP għandhom, b’effett kollaterali, ikunu kkunsidrati bħala impriżi” ( 29 )).

    71.

    Madankollu, meta wieħed jaħseb fuq il-kontenut essenzjali tal-punt 69 tas-sentenza appellata, jidher evidenti li dan ma huwiex intiż sabiex ibiddel il-konklużjoni magħmula fil-punt 68 ta’ din is-sentenza, li tipprevedi li n-natura ekonomika tal-attività ta’ provvista ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja fis-Slovakkja hija bbażata fuq il-presenza konkomitanti, fi ħdan din is-sistema ta’ sigurtà soċjali, ta’ sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni u ta’ operaturi oħra li għandhom skop ta’ lukru. Fil-fatt, għall-kuntrarju ta’ dak sostnut mill-Kummissjoni u mir-Repubblika Slovakka, jidhirli li l-inklużjoni ta’ dan il-punt hija dovuta għall-fatt li l-Qorti Ġenerali riedet sempliċement tispeċifika l-bażi legali tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-presenza ta’ operaturi oħra li għandhom skop ta’ lukru fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk attività bħal dik inkwistjoni għandhiex tiġi kkunsidrata bħala ekonomika għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) TFUE.

    72.

    Jidhirli li dan jirriżulta minn eżerċizzju ta’ parafrażi tal-imsemmi punt.

    73.

    Fil-fatt, ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali jitlaq minn ipoteżi – li tista’ tagħti l-impressjoni żbaljata li hija obiter dictum ( 30 ) –, jiġifieri dik li tipprevedi li SZP u VšZP ma għandhomx skop ta’ lukru. Il-Qorti Ġenerali tkompli, li kieku dan kien il-każ, il-fatt li l-kumpanniji li joperaw fi ħdan is-sistema ta’ sigurtà soċjali kkonċernata għandhom marġni ta’ libertà sabiex jikkompetu ma jippermettix, waħdu, li jikkontesta n-natura mhux ekonomika tal-attività tagħhom. Mill-banda l-oħra, billi tirreferi għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali timplika li din tal-aħħar ikollha neċessarjament natura ekonomika, fil-każ fejn l-operaturi li l-offerta tagħhom hija f’kompetizzjoni ma’ dik ta’ SZP u VšZP ikollha skop ta’ lukru. Konsegwentement – u f’dan l-istadju l-Qorti Ġenerali tgħaddi, mingħajr ma tgħid dan b’mod espliċitu, mill-evalwazzjoni tal-każ inkwistjoni għall-istabbiliment ta’ prinċipju iktar ġenerali –, il-presenza ta’ operaturi li għandhom skop ta’ lukru tikkostitwixxi, flimkien mal-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni, wieħed mill-elementi determinanti tan-natura ekonomika ta’ attività. Għalhekk, skont il-Qorti Ġenerali, peress li l-fatt li l-kumpanniji l-oħra li joperaw fi ħdan is-sistema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja għandhom skop ta’ lukru ma huwiex ikkontestat, l-attività ta’ SZP u VšZP għandha tiġi kkunsidrata bħala ekonomika għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom bħala impriża.

    74.

    Għaldaqstant, dan it-tieni lment, għandu fil-fehma tiegħi, jiġi miċħud ukoll.

    75.

    It-tielet nett, fir-rigward tal-ilment li jipprevedi li l-Qorti Ġenerali ma spjegatx ir-raġunijiet li għalihom hija eskludiet il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li kienet dejjem ikklassifikat sistema konkreta ta’ sigurtà soċjali skont l-aspetti dominanti tagħha, nirrileva li dan huwa bbażat fuq allegata kontradizzjoni bejn il-konstatazzjoni li s-sistema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja għandha aspetti soċjali, ta’ solidarjetà u regolatorji “predominanti” (punt 58 tas-sentenza appellata) u l-konklużjoni li l-attività eżerċitata fi ħdan din is-sistema hija ekonomika (punt 68 ta’ din is-sentenza).

    76.

    Ladarba, kif diġà indikajt fil-punti 61 sa 64 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-punt 58 ma jikkaratterizzax dawn l-aspetti bħala “predominanti” iżda sempliċement bħala “importanti”, fil-fehma tiegħi, dan l-ilment jista’ biss jiġi rrifjutat.

    77.

    Ir-raba’ nett, għal dak li jirrigwarda l-ilment li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni r-restrizzjonijiet legali tal-użu u d-distribuzzjoni tal-profitti previsti mil-leġiżlazzjoni Slovakka, jidhirli li għall-kuntrarju, fil-punt 64 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali debitament immotivat il-pożizzjoni tagħha fejn iddikjarat li ma huwiex il-fatt li l-kumpanniji ta’ assigurazzjoni għall-mard għandhom il-possibbiltà li jużaw u jiddistribwixxu profitti li huwa importanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-attività ekonomika tagħhom iżda li dawn għandhom il-possibbiltà li jfittxu profitti b’mod liberu, peress li din l-aħħar possibbiltà turi li entità għandha skop ta’ lukru u li hija topera għalhekk fl-isfera ekonomika.

    78.

    Għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ lakuni li jivvizzjaw id-dikjarazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali f’din il-parti tas-sentenza appellata, jien nikkunsidra li dan l-ilment għandu jiġi miċħud.

    79.

    Il-ħames nett, fir-rigward tal-ilment li permezz tiegħu il-Qorti Ġenerali hija kkritikata li naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li waħda mill-miżuri suġġett tad-deċiżjoni kontenzjuża kienet tapplika għal perijodu li fih kien ipprojbit li l-korpi ta’ assigurazzjoni għall-mard jagħtu profitti, jien tal-fehma li għall-kuntrarju ta’ dak li targumenta Dôvera fir-risposta tagħha fil-Kawża C-271/18 P, dan l-ilment ma huwiex invokat għall-ewwel darba fl-istadju ta’ appell, u għahekk huwa ammissibbli ( 31 ). Madankollu, fir-rigward tal-mertu, persważ li dan l-ilment ma jistax jirnexxi, peress li kif innotat Union fir-risposta tagħha, hija ġurisprudenza stabbilita li l-kwistjoni dwar jekk miżura ta’ appoġġ statali hijiex għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE għandha tkun solvuta abbażi ta’ elementi oġġettivi li jiġu evalwati fid-data li fiha l-Kummissjoni tadotta d-deċiżjoni tagħha ( 32 ). Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali kellha, f’dan il-każ, teżamina jekk SZP u VšZP kinux impriżi skont is-sitwazzjoni prevalenti meta l-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni tagħha. F’dak iż-żmien, jiġifieri f’Ottubru 2014, il-projbizzjoni li jitħallsu profitti kienet ilha li ġiet annullata mill-Qorti Kostituzzjonali Slovakka madwar tliet snin u nofs, u għalhekk ma kinitx għadha fis-seħħ. Għalhekk, peress li n-natura insuffiċjenti tal-motivazzjoni ma tistax tkun allegata b’mod validu fil-konfront tal-Qorti Ġenerali dwar dan il-punt, dan l-ilment għandu, fil-fehma tiegħi, jiġi miċħud.

    80.

    Finalment, fir-rigward tal-ilment li jirrigwarda n-natura kontradittorja tal-motivazzjoni li tirriżulta mill-fatt li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punt 65 tas-sentenza appellata, li l-korpi li joperaw fi ħdan is-sistema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja jwettqu biss “ċerta kompetizzjoni”, u fil-punt 67 ta’ din is-sentenza, li din il-kompetizzjoni kienet “intensa u kumplessa”, naqbel mal-argument ta’ Dôvera u Union li d-diverġenza inkwistjoni hija bbażata fuq il-premessa li t-terminoloġija użata fil-punt 65 tas-sentenza appellata hija ekwivalenti għal “grad limitat” ta’ kompetizzjoni jew kompetizzjoni eżerċitata “f’miżura limitata”, filwaqt li fir-realtà, din it-terminoloġija hija newtrali u tista’ tiġi interpretata biss fis-sens li l-grad ta’ kompetizzjoni ma huwiex illimitat. Fil-fatt, din id-differenza ta’ klassifikazzjoni tal-grad ta’ kompetizzjoni hija spjegata mill-fatt li, filwaqt li l-aġġettiv “ċerta” huwa użat mill-Qorti Ġenerali sabiex jiddefinixxi in abstracto wieħed mill-elementi li jistgħu jaffettwaw in-natura ekonomika tal-attività, l-aġġettivi “intensa u kumplessa” huma użati wara tali evalwazzjoni intiżi sabiex jiddefinixxu l-grad ta’ kompetizzjoni realment eżistenti bejn il-kumpanniji li joperaw fi ħdan is-sistema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard.

    81.

    F’dawn iċ-ċirkustanzi, jien tal-opinjoni li dan l-ilment għandu jiġi miċħud ukoll.

    3. Konklużjoni dwar l-ewwel aggravju fil-Kawża C‑262/18 P u r-raba’ aggravju fil-Kawża C‑271/18 P

    82.

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-ewwel aggravju fil-Kawża C‑262/18 P kif ukoll ir-raba’ aggravju fil-Kawża C‑271/18 P fl-intier tagħhom bħala infondati.

    C.   Fuq it-tieni aggravju mqajjem mill-Kummissjoni fil-Kawża C‑262/18 P u t-tielet aggravju mqajjem mir-Repubblika Slovakka fil-Kawża C‑271/18 P, ibbażati fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “impriża” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE

    1. L-argumenti tal-partijiet

    83.

    Il-Kummissjoni u r-Repubblika Slovakka, sostnuti mir-Repubblika tal-Finlandja, jargumentaw li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ “impriża”, fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, u marret kontra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari s-sentenzi AOK Bundesverband et ( 33 ), Poucet u Pistre ( 34 ), Cisal ( 35 ), Kattner Stahlbau ( 36 ) u AG2R Prévoyance ( 37 ), billi kkunsidrat, fil-punti 63 sa 69 tas-sentenza appellata, li t-tfittxija ta’ skop ta’ lukru mill-korpi attivi fis-sistema ta’ assigurazzjoni għall-mard Slovakka kif ukoll l-eżistenza ta’ ċerta kompetizzjoni bejn dawn il-korpi kienet suffiċjenti sabiex l-attivitajiet eżerċitati minnhom jiġu kklassifikati bħala “attività ekonomika”, minkejja l-presenza ta’ elementi dominanti mhux ekonomiċi. Ir-Repubblika Slovakka żżid li l-approċċ tal-Qorti Ġenerali jmur ukoll kontra s-sentenzi Fédération française des sociétés d’assurance et ( 38 ), Albany ( 39 ), Brentjens’ ( 40 ), Drijvende Bokken ( 41 ) u Pavlov et ( 42 ).

    84.

    Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali marret kontra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja billi fil-punt 69 tas-sentenza appellata kkunsidrat li s-sempliċi presenza ta’ operaturi li għandhom skop ta’ lukru u jeżerċitaw l-istess attività bħall-operaturi li ma għandhomx skop ta’ lukru tbiddel lil dawn tal-aħħar, “b’effett kollaterali”, f’impriżi fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Fil-fatt, mis-sentenza AOK Bundesverband et ( 43 ) jirriżulta li minbarra l-fatt li l-iskema ta’ assigurazzjoni għall-mard Slovakka għandha “aspetti soċjali, ta’ solidarjetà u regolatorji [predominanti]” ( 44 ), il-fatt li l-karatteristiċi ekonomiċi tagħha huma intiżi sabiex “jiżguraw id-durabbiltà tal-iskema u t-twettiq tal-għanijiet soċjali u ta’ solidarjetà tagħha” ( 45 ) kellhom iwasslu lill-Qorti Ġenerali tikkonkludi li l-imsemmija skema għandha natura mhux ekonomika. Fir-rigward tal-profitti, il-punt 64 tas-sentenza appellata huwa bbażat fuq distinzjoni artifiċjali bejn, minn naħa, il-possibbiltà li jkun hemm tfittxija u jitwettqu b’mod liberu, u min-naħa l-oħra, il-possibbiltà, strettament limitata, li jintużaw u jiġu distribwiti.

    85.

    Dôvera u Union iwieġbu li s-sentenza appellata hija konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-fatt, din is-sentenza wettqet l-analiżi meħtieġa tal-elementi differenti inkwistjoni, tal-importanza tagħhom u l-għan rispettiv tagħhom. Fir-rigward tas-sentenza AOK Bundesverband et ( 46 ), fil-fehma tagħhom, jeżistu differenzi fattwali sinjifikattivi ħafna bejn l-iskema eżaminata f’dik is-sentenza u l-iskema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard.

    86.

    Huma jqisu wkoll li l-ilment li l-approċċ meħud mill-Qorti Ġenerali huwa fundamentalment differenti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-punt 58 tas-sentenza appellata peress li l-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx li fl-iskema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja, l-elementi ekonomiċi huma “predominanti”, iżda sempliċement li dawn l-elementi huma “importanti”.

    87.

    Barra minn hekk, Dôvera u Union jikkunsidraw li għall-kuntrarju ta’ dak li targumenta l-Kummissjoni, fil-punt 64 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma rrikonoxxietx li l-karatteristiċi ekonomiċi ta’ din l-iskema kienu ġew introdotti sabiex jiżguraw għanijiet soċjali u ta’ solidarjetà. Fil-fehma tagħhom, ir-restrizzjonijiet relattivi għall-użu u d-distribuzzjoni tal-profitti huma normali u ma jwasslux għal limitazzjoni tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, “il-possibbiltà li jużaw u jiddistribwixxu profitti” ma hijiex indissoċjabbilment marbuta mal-“possibbiltà li jfittxu u li jwettqu profitti b’mod liberu”.

    88.

    Finalment, Dôvera u Union jikkunsidraw li l-kritika indirizzata kontra l-punt 69 tas-sentenza appellata hija ineffettiva, peress li dan il-punt jinkludi obiter dictum.

    2. Evalwazzjoni

    a) Osservazzjonijiet preliminari

    89.

    Sabiex jiġi ddeterminat jekk, kif isostnu l-Kummissjoni u r-Repubblika Slovakka, il-Qorti Ġenerali wettqitx żball ta’ liġi fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “impriża”, kif stabbilit fl-Artikolu 107(1) TFUE, għandu qabel kollox jitfakkar mill-ġdid li l-elementi li wasslu lill-Qorti Ġenerali tikkonkludi li minkejja l-presenza ta’ aspetti importanti ta’ natura soċjali, ta’ solidarjetà u regolatorji, l-attività eżerċitata fi ħdan is-sistema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja għandha tiġi kklassifikata bħala ekonomika, huma, l-ewwel nett, l-eżistenza ta’ kompetizzjoni bejn l-entitajiet li joperaw fiha, u t-tieni nett, il-presenza ta’ operaturi oħra minbarra l-entità li hija s-suġġett tal-eżami li għandhom skop ta’ lukru.

    90.

    Konsegwentement, inqis li huwa neċessarju li l-ewwel tiġi eżaminata l-kwistjoni li jidhirli li a priori hija l-iktar kontroversjali, jiġifieri dik dwar jekk il-fatt li dawn l-operaturi għandhom skop ta’ lukru huwiex element rilevanti sabiex tiġi ddeterminata n-natura ekonomika jew mhux ekonomika ta’ attività partikolari għall-finijiet tal-klassifikazzjoni bħala impriża fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE tal-entità li teżerċitaha (Titolu b).

    91.

    Imbagħad, ladarba tiġi eskluża r-rilevanza ta’ tali element, ser nivverifika, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija dwar il-klassifikazzjoni bħala impriża tal-attivitajiet eżerċitati fi ħdan sistemi ta’ sigurtà soċjali, jekk il-kompetizzjoni permessa mill-iskema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja tippermettix li jiġi konkluż li, minkejja aspetti soċjali, ta’ solidarjetà u regolatorji ta’ din l-iskema, l-attività ta’ provvista ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja għandhiex tiġi kkunsidrata bħala li għandha natura ekonomika, kif tikkonkludi l-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata. F’dan ir-rigward, ser nasal għal risposta negattiva (Titolu c).

    b) Fuq ir-rilevanza tat-tfittxija ta’ skop ta’ lukru mill-entitajiet l-oħra li joperaw fi ħdan is-sistema ta’ sigurtà soċjali għall-finijiet tal-klassifikazzjoni bħala attività ekonomika

    92.

    Kif diġà semmejt hawn fuq, il-punt 68, kif ukoll il-punt 69 tas-sentenza appellata jirrilevaw li t-tfittxija ta’ skop ta’ lukru mill-operaturi l-oħra li jipprovdu assigurazzjoni għall-mard obbligatorja fis-Slovakkja tikkostitwixxi, skont il-Qorti Ġenerali, element indikattiv tan-natura ekonomika tal-attività li hija s-suġġett tal-eżami.

    93.

    B’hekk, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-approċċ tal-Kummissjoni, li billi kkunsidrat li ma għandhiex issir distinzjoni bejn it-twettiq u l-użu jew distribuzzjoni ta’ profitti, kienet evalwat il-possibbiltà offruta lill-operaturi preżenti fis-suq inkwistjoni li jużaw u jiddistribwixxu profitti fil-kuntest tal-eżami tal-eżistenza ta’ kompetizzjoni bejn dawn l-operaturi. B’mod iktar partikolari, fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni kienet qieset, kif fakkret il-Qorti Ġenerali fil-punt 64 tas-sentenza appellata, li l-possibbiltà li jintużaw u jiġu distribwiti l-profitti mwettqa ma hijiex ta’ natura li tqiegħed inkwistjoni n-natura mhux ekonomika tal-attività eżerċitata minn SZP u VšZP, fid-dawl tal-fatt li din il-possibbiltà kienet limitata b’mod iktar strett minn dak fis-setturi kummerċjali klassiċi, u kienet suġġetta għall-osservanza ta’ rekwiżiti intiżi sabiex jiżguraw id-durabbiltà tal-iskema u t-twettiq tal-għanijiet soċjali u ta’ solidarjetà tal-iskema inkwistjoni. F’dan ir-rigward, filwaqt li tirrikonoxxi l-eżattezza ta’ din il-konstatazzjoni, il-Qorti Ġenerali indikat li din ma kinitx rilevanti għall-finijiet tal-esklużjoni tan-natura ekonomika tal-attività inkwistjoni “sa mill-mument li l-operaturi tas-suq inkwistjoni jaqgħu fil-loġika ta’ tfittxija ta’ profitti” ( 47 ).

    94.

    Jien ma nistax naqbel mal-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali.

    95.

    F’dan ir-rigward, nosserva qabel kollox, li fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali, dan l-element qatt ma ttieħed inkunsiderazzjoni waqt l-evalwazzjoni tan-natura tal-attività eżerċitata mill-entitajiet ikkonċernati.

    96.

    Għalhekk wieħed jistenna li l-Qorti Ġenerali tindika ġurisprudenza oħra li tista’ tikkostitwixxi bażi legali tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-element inkwistjoni. Fil-fatt, fil-punt 69 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tirreferi għal “ġurisprudenza ċċitata fil-punt 48 hawn fuq”, jiġifieri s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi Cassa di Risparmio di Firenze et ( 48 ) u MOTOE ( 49 ).

    97.

    Dan ir-riferiment doppju jitlob, fil-fehma tiegħi, eżami bir-reqqa.

    98.

    Għal dak li jirrigwarda s-sentenza Cassa di Risparmio di Firenze et ( 50 ), il-Qorti Ġenerali ssemmi r-risposta mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tan-natura ekonomika jew mhux ekonomika tal-attività eżerċitata minn fondazzjonijiet bankarji Taljani, meta dawn tal-aħħar iwettqu tranżazzjonijiet kummerċjali, immobbli u mobbli neċessarji jew opportuni għat-twettiq tal-għanijiet tagħhom stabbiliti f’oqsma ta’ interess pubbliku u ta’ utilità soċjali. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali tiċċita l-punti 122 u 123 ta’ din is-sentenza, li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-attivitajiet tal-imsemmija fondazzjonijiet għandha tiġi kkunsidrata bħala ekonomika, minkejja l-fatt li l-offerta ta’ oġġetti u servizzi kienet magħmula mingħajr skop ta’ lukra, “peress illi din l-offerta tinsab f’kompetizzjoni ma’ dik ta’ operaturi li jsegwu tali għan”.

    99.

    Fir-rigward tas-sentenza MOTOE ( 51 ), il-Qorti Ġenerali tirreferi għall-punt 27, li fih, fir-rigward tal-kwistjoni dwar l-effett li l-assenza ta’ tfittxija ta’ skop ta’ lukru mill-entità kkonċernata għandu jkollha fuq in-natura ekonomika ta’ attività ta’ organizzjoni ta’ kompetizzjonijiet bil-muturi u ta’ konklużjoni f’dan il-kuntest ta’ kuntratt ta’ sponsorizzazzjoni, ta’ reklamar u ta’ assigurazzjoni, l-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja fakkret il-parti tas-sentenza Cassa di Risparmio di Firenze et ( 52 ) fuq imsemmija.

    100.

    Minn dan isegwi li l-bażi legali li fuqha bbażat ruħha l-Qorti Ġenerali sabiex tikkunsidra l-presenza ta’ operaturi oħra, li għandhom skop ta’ lukru fi ħdan is-sistema li fiha hija attiva entità partikolari, bħala element determinanti li flimkien mal-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni, jiddetermina n-natura ekonomika tal-attività eżerċitata minn tali entità, jinsab fil-punt 123 tas-sentenza Cassa di Risparmio di Firenze et ( 53 ), kif ikkonfermat mill-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza MOTOE ( 54 ).

    101.

    Issa, bħar-Repubblika Slovakka fl-appell tagħha, jien inqis li l-Qorti Ġenerali ma fehmitx sewwa l-artikulazzjoni bejn iż-żewġ sentenzi inkwistjoni, peress li fis-sentenza MOTOE ( 55 ), il-Qorti tal-Ġustizzja ma riditx tagħti valur ġenerali lill-formula użata fil-punt 123 tas-sentenza Cassa di Risparmio di Firenze et ( 56 ), iżda pjuttost riedet tispeċifika l-portata tagħha.

    102.

    Fil-fatt, minkejja li huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja għamlet riferiment għal din l-aħħar sentenza fil-punt 27 tas-sentenza MOTOE ( 57 ), meta hija ddeċidiet fuq l-effett tal-assenza ta’ skop ta’ lukru tal-Klabb tal-karozzi u tat-turiżmu Elleniku (iktar ’il quddiem l-“ELPA”) sabiex tikklassifika uħud mill-attivitajiet tiegħu bħala ekonomiċi, huwa minnu wkoll li fil-punt segwenti tas-sentenza MOTOE ( 58 ), il-Qorti tal-Ġustizzja indikat, essenzjalment, li l-fatt li MOTOE, li kienet attiva fl-istess settur ta’ ELPA, ma kienx għad għandha skop ta’ lukru, ma kellu ebda effett fuq il-klassifikazzjoni tan-natura tal-attività eżerċitata minn ELPA, għal raġunijiet li hija spjegat kif ġej: “[m]inn naħa, mhuwiex eskluż li fil-Greċja jeżisti, barra mill-assoċjazzjonijiet li l-attività tagħhom tikkonsisti fl-organizzazzjoni u l-isfruttament kummerċjali ta’ kompetizzjonijiet bil-muturi mingħajr ma jfittxu li jagħmlu profitt, assoċjazzjonijiet li jeżerċitaw din l-attività billi jfittxu li jagħmlu profitt u li għalhekk ikunu f’kompetizzjoni mal-ELPA. Min-naħa l-oħra, assoċjazzjonijiet li ma jagħmlux profitt, li joffru prodotti jew servizzi f’suq speċifiku, jistgħu jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ kompetizzjoni. Fil-fatt, is-suċċess jew is-sopravivenza ekonomika ta’ tali assoċjazzjonijiet jiddependi, fuq tul ta’ żmien, mill-kapaċità ta’ dawn tal-aħħar li jimponu, fuq is-suq ikkonċernat, is-servizzi li joffru, għad-detriment ta’ dawk proposti mill-operaturi l-oħra”.

    103.

    Għalhekk, fil-fehma tiegħi, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li attività tista’ tiġi kklassifikata bħala ekonomika anki jekk il-presenza ta’ kompetituri li għandhom skop ta’ lukru tkun purament ipotetika (“mhuwiex eskluż li […] jeżisti”) jew jekk il-kompetituri ma jkollhomx skop ta’ lukru assolut (“assoċjazzjonijiet li ma jagħmlux profitt […] jistgħu jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ kompetizzjoni ma’ xulxin”) ( 59 ).

    104.

    B’hekk, ’il bogħod milli tipprevedi applikazzjoni tal-formula użata fis-sentenza Cassa di Risparmio di Firenze et ( 60 ) lil hinn mill-kuntest fattwali li ta lok għaliha, fil-fehma tiegħi, il-Qorti tal-Ġustizzja kkjarifikat il-ġurisprudenza tagħha billi indikat li l-iskop ta’ lukru tal-kompetituri tal-entità li l-attività tagħha kienet is-suġġett tal-eżami bl-ebda mod ma huwa rilevanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tan-natura ta’ attività. Għall-kuntrarju, dak li huwa rilevanti, huwa biss il-fatt li l-entitajiet ikkonċernati jinsabu f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni.

    105.

    Fl-aħħar mill-aħħar, għandu jiġi osservat li, f’qasam differenti, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà aċċettat li ċerti attivitajiet jistgħu jippreżentaw natura mhux ekonomika, minkejja l-fatt li dawn huma eżerċitati wkoll minn operaturi li għandhom skop ta’ lukru ( 61 ). Fil-fatt, fis-sentenza Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania, hija kkunsidrat li istituzzjonijiet li jagħmlu parti minn sistema ta’ edukazzjoni pubblika u li huma ffinanzjati minn fondi pubbliċi ma jwettqux attività ekonomika meta joffru servizzi edukattivi, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li istituzzjonijiet iffinanzjati minn fondi privati jipprovdu dawn l-istess servizzi għal remunerazzjoni ( 62 ).

    106.

    Jidhirli li din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mill-ġurisprudenza klassika dwar il-kunċett ta’ “impriża”. Fil-fatt, it-tfittxija ta’ skop ta’ lukru minn entità partikolari tiddependi, bħala regola ġenerali, fuq l-istatus legali tagħha, u dan ma huwiex rilevanti, skont tali ġurisprudenza, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ entità bħala impriża ( 63 ).

    107.

    Għalhekk inqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “impriża”, kif previst fl-Artikolu 107(1) TFUE, billi fil-punt 68 tas-sentenza appellata kkunsidrat li t-tfittxija ta’ skop ta’ lukru mill-kumpanniji ta’ assigurazzjoni privati kienet element indikattiv tan-natura ekonomika tal-attività ta’ provvista ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja eżerċitata minn SZP u VšZP.

    c) Fuq l-eżistenza ta’ grad ta’ kompetizzjoni suffiċjenti sabiex jiġġustifika l-klassifikazzjoni bħala ekonomika

    108.

    L-ewwel nett, għandhom jitfakkru fil-qosor il-prinċipji li abbażi tagħhom il-Qorti tal-Ġustizzja ddefinixxiet l-isfumaturi tal-kunċett ta’ “impriża” fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni tal-kompetizzjoni.

    109.

    Skont ġurisprudenza repetittiva, dan il-kunċett huwa estiż fl-aċċettazzjoni funzjonali tiegħu u jinkludi kull entità li teżerċita attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus ġuridiku ta’ din l-entità u l-mod ta’ finanzjament tagħha ( 64 ). F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddefinixxi attività ekonomika bħala kull attività li tikkonsisti fl-offerta ta’ oġġetti jew ta’ servizzi f’suq partikolari ( 65 ).

    110.

    Fi kliem ieħor, il-fatt li attività tiġi kklassifikata jew le bħala ekonomika jinkludi konsegwenza maġġuri, peress li l-kwistjoni dwar jekk ir-regoli ta’ kompetizzjoni tat-Trattat japplikawx għas-sitwazzjoni fattwali eżaminata tiddependi preċiżament fuq ir-riżultat ta’ din l-evalwazzjoni. Minn dan isegwi li meta l-Qorti tal-Ġustizzja tiġi mistiedna twettaq tali evalwazzjoni, hija tidħol neċessarjament, kif wera b’mod ċar l-Avukat Ġenerali Maduro fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża FENIN vs Il-Kummissjoni ( 66 ), f’“terren perikoluż” peress li hija mitluba ssib bilanċ bejn il-protezzjoni ta’ kompetizzjoni mingħajr tfixkil fis-suq intern u l-osservanza tal-kompetenzi tal-Istati Membri.

    111.

    Huwa għalhekk li l-imsemmija evalwazzjoni ssir partikolarment delikata meta tirrigwarda l-evalwazzjoni tan-natura, ekonomika jew mhux ekonomika, ta’ attivitajiet eżerċitati f’oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri, bħal dak inkwistjoni f’dan il-każ, l-organizzazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali.

    112.

    F’tali qasam, il-bilanċ imsemmi hawn fuq intlaħaq kif ġej. Minn naħa, il-ġurisprudenza kkonfermat b’mod kostanti li l-Istati Membri, huma fil-prinċipju, liberi li jorganizzaw is-sistemi ta’ sigurtà soċjali tagħhom kif jixtiequ ( 67 ), u min-naħa l-oħra, hija tissuġġerixxi li l-Istati Membri għandhom madankollu josservaw rekwiżit ta’ koerenza, fis-sens li ma jistgħux jevitaw l-applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni għal ċerti attivitajiet ħlief bil-kundizzjoni li jimplimentaw effettivament l-prinċipju ta’ solidarjetà ( 68 ).

    113.

    Fil-fatt, l-għan tal-eżami tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa l-prodott tar-regoli nazzjonali li jirregolaw il-funzjonament konkret ta’ kull sistema ta’ sigurtà soċjali. Fi kliem ieħor, il-Qorti tal-Ġustizzja tqajjem il-kwistjoni segwenti: il-kuntest legali nazzjonali kien maħsub b’tali mod li wieħed għandu jikkunsidra li l-entitajiet li joperaw fi ħdan is-sistema kkonċernata joffru oġġetti jew servizzi f’suq, jew sabiex inkun iktar speċifiku, f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni? Huwa biss f’każ ta’ tweġiba negattiva li l-attività inkwistjoni hija kklassifikata bħala mhux ekonomika, u l-applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni hija għalhekk eskluża.

    114.

    Meta l-iskemi ta’ sigurtà soċjali eżaminati jkollhom natura mħallta, għaliex jinvolvu elementi mhux ekonomiċi u elementi indikattivi tal-presenza f’suq, il-klassifikazzjoni tal-attività eżerċitata fi ħdanhom tiddependi fuq analiżi tal-elementi differenti inkwistjoni, u tal-importanza u l-għan rispettiv tagħhom. Fi kliem ieħor, il-klassifikazzjoni tagħhom hija “kwistjoni ta’ grad” ( 69 ).

    115.

    Minkejja l-approċċ ta’ każ b’każ sostnut mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam, eżami tal-ewwel grupp ta’ deċiżjonijiet diskussi fin-noti tal-partijiet, jiġifieri s-sentenzi Poucet u Pistre ( 70 ), Cisal ( 71 ), AOK Bundesverband et ( 72 ), Kattner Stahlbau ( 73 ) u AG2R Prévoyance ( 74 ), jippermetti li jinsiltu serje ta’ karatteristiċi li juru li attività ma għandhiex natura ekonomika, jiġifieri (i) l-għan soċjali tas-sistema, (ii) l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ solidarjetà u (iii) il-kontroll tal-Istat.

    116.

    Ma hemmx dubju li l-iskema ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja fis-Slovakkja għandha dawn il-karatteristiċi kollha, kif irrikonoxxiet il-Qorti Ġenerali fil-punti 55 sa 57 tas-sentenza appellata. L-ewwel nett, hija għandha għan soċjali, peress li hija intiża sabiex tiżgura liċ-ċittadini Slovakki kollha kopertura tar-riskji tal-mard, irrispettivament mis-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom u mill-istat ta’ saħħa tagħhom. It-tieni nett, hija tinkudi parti kbira mill-elementi li skont il-ġurisprudenza juru l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ solidarjetà, peress li tipprovdi affiljazzjoni obbligatorja, kontribuzzjonijiet obbligatorji li l-ammont tagħhom huwa ffissat proporzjonalment għad-dħul tal-persuni assigurati u irrispettivament mir-riskju li jirriżulta, b’mod partikolari, mill-età jew mill-istat ta’ saħħa tal-persuni assigurati, l-istess tip ta’ benefiċċji legali obbligatorji għall-persuni assigurati kollha, assenza ta’ rabta diretta bejn il-benefiċċji mħallsa u l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet mħallsa, kif ukoll skema ta’ ugwalizzazzjoni tar-riskju ( 75 ). It-tielet nett, din l-iskema tinkludi l-elementi li l-ġurisprudenza tikkunsidra bħala indikattivi tal-presenza ta’ kontroll statali, jiġifieri l-fatt li kull korp ta’ assigurazzjoni għall-mard huwa kkostitwiet bil-għan li jimplimenta tali assigurazzjoni u ma jistax jeżerċita attivitajiet oħra minbarra dawk previsti mil-liġi, l-impossibbiltà li l-imsemmija korpi jinfluwenzaw l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet u l-portata tal-benefiċċji legali obbligatorji stabbiliti mil-liġi kif ukoll kontroll tal-osservanza tal-kuntest leġiżlattiv iggarantit mill-awtorità regolatorja (l-Awtorità Slovakka ta’ Sorveljanza Sanitarja jew il-“HSA”) li tintervjeni f’każ ta’ ksur ( 76 ).

    117.

    Fir-rigward ta’ dan il-grad ta’ solidarjetà, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mistiedna, fil-kuntest tal-eżami ta’ dawn l-aggravji, tieħu pożizzjoni dwar jekk, kif ikkonkludiet il-Qorti Ġenerali fi tmiem l-analiżi magħmula fil-punti 65 sa 68 tas-sentenza appellata, il-marġni li l-leġiżlatur Slovakk ħalla lill-kumpanniji ta’ assigurazzjoni sabiex jikkompetu huwiex madankollu suffiċjenti sabiex l-attività ta’ provvista ta’ assigurazzjoni għall-mard fis-Slovakkja tikkostitwixxi attività ekonomika. F’dan ir-rigward, infakkar li l-Qorti Ġenerali tirreferi għall-elementi segwenti: l-ewwel nett, il-kompetizzjoni fir-rigward tal-kwalità u l-effikaċjatal-proċess tax-xiri, it-tieni nett, il-kompetizzjoni fir-rigward tal-kwalità u l-estensjoni tal-offerta, sa fejn il-korpi ta’ assigurazzjoni għall-mard jistgħu liberament iżidu l-benefiċċji obbligatorji permezz ta’ benefiċċji konnessi gratwiti u t-tielet nett, il-fatt li l-persuni assigurati jistgħu jagħżlu l-korp ta’ assigurazzjoni għall-mard tagħhom u jibdluh darba fis-sena.

    118.

    Għal dak li jirrigwarda l-kompetizzjoni fir-rigward tal-kwalità u l-effikaċja tal-proċess tax-xiri, li tirriżulta mil-libertà li jinnegozjaw u jikkonkludu kuntratti mal-fornituri tal-kura tas-saħħa, inqis li għandu jingħad mill-ewwel li din ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tan-natura tal-attività ta’ fornitur tal-assigurazzjoni għall-mard obbligatorja fis-Slovakkja.

    119.

    Fil-fatt, fis-sentenza FENIN vs Il-Kummissjoni ( 77 ), il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkunsidrat li peress li hija l-attività li tikkonsisti fl-offerta ta’ oġġetti jew ta’ servizzi f’suq partikolari li tikkaratterizza l-kunċett ta’ attività ekonomika u mhux l-attività ta’ xiri fiha nnifisha, ma hemmx lok li l-attività ta’ xiri tal-prodotti jiġi disassoċjata mill-użu tiegħu għall-finijiet ta’ evalwazzjoni tan-natura tagħha, li jfissier li n-natura ekonomika jew le tal-użu ulterjuri tal-prodott mixtri tiddetermina neċessarjament in-natura tal-attività ta’ xiri. Għalhekk, f’dan il-każ, wieħed ma jistax jikkunsidra l-eżistenza ta’ kompetizzjoni fl-akkwist tas-servizzi tal-kura tas-saħħa bħala indikazzjoni tan-natura ekonomika tal-attività ta’ provvista ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja, peress li n-natura ta’ tali attività ta’ xiri tiddependi minn dik ta’ din tal-aħħar ( 78 ).

    120.

    Fir-rigward tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-kwalità u l-estensjoni tal-offerta u l-libertà tal-persuni assigurati li jagħżlu liberament il-fornitur ta’ assigurazzjoni għall-mard tagħhom, nosserva l-ewwel nett, li għall-kuntrarju ta’ dak li targumenta r-Repubblika Slovakka fl-appell tagħha, il-fatt waħdu li l-iskemi ta’ sigurtà soċjali li sal-lum il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat bħala li jistabbilixxu ambjent ekonomiku, bħal dawk inkwistjoni fis-sentenzi Fédération française des sociétés d’assurance et ( 79 ), Albany ( 80 ), Brentjens’ ( 81 ), Drijvende Bokken ( 82 ), Pavlov et ( 83 ), kienu jinkludu elementi ekonomiċi ferm ikbar minn dawk inkwistjoni f’dan il-każ (affiljazzjoni fakultattiva jew obbligatorja bil-posssibiltà ta’ eżenzjoni, skemi bbażati fuq il-prinċipju ta’ kapitalizzazzjoni, determinazzjoni tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet u tal-portata tal-benefiċċji mħollija lill-entitajiet ikkonċernati), ma huwiex tali li juri li l-elementi inkwistjoni ma humiex suffiċjenti sabiex tiġi konkluża li hemm in-natura ekonomika tal-attività inkwistjoni f’dan il-każ.

    121.

    Mill-banda l-oħra, dak li jidhirli li jista’ jwassal għal tali konklużjoni huwa t-tagħlim li jirriżulta mis-sentenza AOK Bundesverband et ( 84 ), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kienet mistqosija dwar in-natura tal-attività eżerċitata mill-fondi Ġermaniżi ta’ assigurazzjoni għall-mard.

    122.

    Fil-fehma tiegħi, żewġ karatteristiċi tal-iskema inkwistjoni f’dik il-kawża jirrenduha komparabbli mal-iskema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja. L-ewwel nett, hija tipprovdi grad ta’ solidarjetà ekwivalenti għal din tal-aħħar peress li hija kkaratterizzata minn affiljazzjoni fil-prinċipju obbligatorju għall-impjegati kollha, ammont ta’ kontribuzzjonijiet li jiddependi prinċipalment fuq id-dħul tal-persuni assigurati ( 85 ), benefiċċji identifikati mil-liġi u identiċi għall-persuni assigurati kollha fir-rigward ta’ kategoriji ta’ kura obbligatorja, assenza ta’ rabta bejn il-kontribuzzjonijiet imħallsa u l-benefiċċji rċevuti kif ukoll forma ta’ komunità mwettqa permezz ta’ mekkaniżmu ta’ bbilanċjar tal-ispejjeż u tar-riskji bejn il-fondi ta’ assigurazzjoni għall-mard differenti kkonċernati ( 86 ). It-tieni nett, hija tinkludi l-istess elementi ta’ kompetizzjoni bħall-iskema Slovakka, peress li l-fondi ta’ assigurazzjoni għall-mard jistgħu jżidu l-benefiċċji obbligatorji previsti mil-liġi permezz ta’ benefiċċji kkumplimentati fakultattivi u l-persuni assigurati jistgħu jagħżlu liberament il-fond ta’ assigurazzjoni għall-mard tagħhom ( 87 ).

    123.

    F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet essenzjalment, li fid-dawl tal-aspetti ta’ solidarjetà tal-iskema, l-elementi ta’ kompetizzjoni ma jippermettux li l-attività ta’ provvista ta’ assigurazzjoni għall-mard tiġi kklassifikata bħala ekonomika. Filwaqt li d-dritt tal-persuni assigurati lanqas ma ttieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni, il-fatt li l-fondi ta’ assigurazzjoni għall-mard setgħu jipprovdu benefiċċji komplimentari fakultattivi ma jwassalx għal tali klassifikazzjoni, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm il-benefiċċji obbligatorji jkunu “essenzjalment identiċi” ( 88 ). Issa, fid-dawl tal-karatteristiċi komuni msemmija fil-punt preċedenti, jien persważ li l-konklużjoni magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja f’din is-sentenza tista’ tiġi trasposta għall-kawżi li qiegħed nikkunsidra ( 89 ), iktar u iktar peress li l-firxa ta’ benefiċċji obbligatorji u identika għall-persuni assigurati kollha offruta mill-kumpanniji ta’ assigurazzjoni għall-mard fis-Slovakkja hija estremament wiesgħa ( 90 ), peress li l-benefiċċji konnessi gratwiti huma limitati għar-rimbors tal-vaċċini mhux obbligatorji u ta’ ħinijiet ta’ ftuħ differenti tal-call centres tal-customer care.

    124.

    Jien tal-opinjoni li n-natura mhux ekonomika tal-attività inkwistjoni lanqas ma tista’ titqiegħed inkwisjoni mill-fatt li l-leġiżlazzjoni Slovakka tippermetti lill-kumpanniji ta’ assigurazzjoni għall-mard jużaw u jiddistribwixxu l-profitti li jirriżultaw mill-eżerċizzju tal-attività tagħhom.

    125.

    Il-bażi legali tad-dikjarazzjoni tiegħi tinsab mill-ġdid fis-sentenza AOK Bundesverband et ( 91 ).

    126.

    Fil-fatt, infakkar li minbarra l-elementi komuni mal-iskema inkwistjoni f’dan il-każ, l-iskema Ġermaniża għandha wkoll element supplimentari ta’ kompetizzjoni li għandu jkollu piż kunsiderevoli fuq l-analiżi tan-natura tal-attività eżerċitata fi ħdan skema mħallta, bħal dik inkwistjoni f’din il-kawża, jiġifieri li din l-iskema tippermetti lill-fondi ta’ assigurazzjoni għall-mard jikkompetu dwar l-ammont tal-kontribuzzjonijiet billi jistabbilixxu b’mod awtonomu r-rata tagħhom ( 92 ).

    127.

    Issa, madankollu, lanqas l-eżistenza ta’ marġni ta’ kompetizzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet ma tista’ tostakola, skont il-punt 56 ta’ din is-sentenza, in-natura mhux ekonomika tal-attività, għar-raġuni li dan l-element kien introdott “sabiex iħeġġeġ lill-fondi ta’ assigurazzjoni għall-mard jeżerċitaw l-attività tagħhom skond il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, jiġifieri bl-iktar mod effettiv u bl-inqas spejjeż possibbli, fl-interess ta’ funzjonament tajjeb tas-sistema tas-sigurtà soċjali Ġermaniża”. Fi kliem ieħor, anki l-presenza ta’ doża ta’ kompetizzjoni mingħajr dubju ogħla minn dik inkwistjoni f’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-attività ta’ provvista ta’ assigurazzjoni għall-mard fil-Ġermanja ma kinitx ta’ natura ekonomika, minħabba l-fatt li, billi jħeġġeġ lill-korpi ta’ assigurazzjoni joperaw b’mod iktar effikaċi, il-leġiżlatur nazzjonali ried jiżgura t-twettiq tal-għan soċjali tas-sistema.

    128.

    Jidhirli li l-istess konstatazzjoni għandha tapplika f’dawn il-kawżi. Fil-fatt, kif tammetti l-Qorti Ġenerali fil-punt 64 tas-sentenza appellata, il-possibbiltà li jużaw u jiddistribwixxu l-profitti “hija limitata b’mod iktar strett milli fis-settur kummerċjali klassiku” għar-raġuni li hija “suġġetta għall-osservanza ta’ rekwiżiti intiżi sabiex jiżguraw d-durabbiltà tal-iskema u t-twettiq tal-għanijiet soċjali u ta’ solidarjetà tagħha”. Dawn ir-rekwiżiti jikkonsistu fl-obbligu li jikkostitwixxu riżerva ta’ 20 % tal-kapital imħallas, minflok l-10 % meħtieġ minn kumpanniji oħra, kif ukoll riżerva teknika sabiex tkopri l-kura tas-saħħa ppjanata tal-persuni assigurati li jkunu fuq listi ta’ stennija ( 93 ). Issa, il-presenza ta’ dawn ir-rekwiżiti tindika b’mod ċar, fil-fehma tiegħi, li l-possibbiltà li jużaw u jiddistribwixxu profitti sservi l-għan li tiġi żgurata l-vijabbiltà u l-kontinwità tas-sistema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja, u b’hekk tikkontribwixxi għat-twettiq tal-għan soċjali ta’ din tal-aħħar ( 94 ).

    129.

    B’mod iktar ġenerali, fil-fehma tiegħi, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-okkażjoni, fis-sentenza futura tagħha, li tispjega l-prinċipju li jidhirli li jirriżulta mis-sentenza AOK Bundesverband et ( 95 ), li attività hija kkunsidrata bħala mhux ekonomika, u għalhekk l-Artikolu 107(1) TFUE ma japplikax għaliha, sakemm l-iskema nazzjonali ta’ sigurtà soċjali eżaminata turi li l-leġiżlatur nazzjonali jfittex l-għan soċjali tas-sistema b’mod koerenti ( 96 ).

    130.

    Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, inqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ssopravalutat l-effett tal-grad ta’ kompetizzjoni permess mill-iskema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja u għalhekk ikkonkludiet b’mod żbaljat, fil-punt 70 tas-sentenza appellata, li billi jeżerċitaw attività ta’ natura ekonomika, SZP u VšZP jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “impriża”, kif stabbilit fl-Artikolu 107(1) TFUE.

    3. Konklużjoni dwar it-tieni aggravju fil-Kawża C‑262/18 P u t-tielet aggravju fil-Kawża C‑271/18 P

    131.

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ t-tieni aggravju fil-Kawża C‑262/18 P kif ukoll it-tielet aggravju fil-Kawża C‑271/18 P.

    D.   Fuq it-tielet aggravju mqajjem mill-Kummissjoni fil-Kawża C‑262/18 P u t-tieni aggravju mqajjem mir-Repubblika Slovakka fil-Kawża C‑271/18 P, ibbażati fuq l-iżnaturament ta’ ċerti provi

    1. L-argumenti tal-partijiet

    132.

    Il-Kummissjoni u r-Repubblika Slovakka, sostnuti mir-Repubblika tal-Finlandja, jargumentaw li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi żnaturamenti tal-atti tal-proċess. B’mod partikolari, il-konstatazzjoni, magħmula fil-punt 67 tas-sentenza appellata, li teżisti kompetizzjoni “intensa u kumplessa” li tirriżulta mill-possibbiltà li jattiraw lill-persuni assigurati u li tirrigwarda l-kwalità tas-servizzi, hija bbażata fuq tali żnaturament. Fil-fatt, l-elementi ta’ kompetizzjoni identifikati mill-Qorti Ġenerali fil-punti 65 u 66 tas-sentenza appellata, jindikaw biss l-eżistenza ta’ kompetizzjoni limitata dwar il-kwalità ta’ ċerti aspetti marġinali tal-provvista ta’ benefiċċji ta’ assigurazzjoni għall-mard.

    133.

    Ir-Repubblika Slovakka żżid li l-Qorti Ġenerali wettqet żnaturament tal-provi billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li waħda mill-miżuri suġġett tad-deċiżjoni kontenzjuża kienet tapplika għal perijodu li fih kien ipprojbit li l-korpi ta’ assigurazzjoni jiddistribwixxu profitti. Il-konstatazzjoni, magħmula fil-punt 64 tas-sentenza appellata, li l-korpi ta’ assigurazzjoni fis-Slovakkja għandhom il-possibbiltà li jfittxu u jwettqu profitti “b’mod liberu” tikkostitwixxi wkoll żnaturament.

    134.

    Dôvera u Union iqisu li dawn l-aggravji huma inammissibbli, peress li l-Kummissjoni u r-Repubblika Slovakka ma jindikawx il-provi li ġew żnaturati iżda jitolbu biss evalwazzjoni mill-ġdid tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja. Fi kwalunkwe każ, il-provi ppreżentati lill-Qorti Ġenerali jikkorroboraw il-konklużjoni tagħha dwar l-eżistenza ta’ kompetizzjoni intensa u kumplessa.

    135.

    Barra minn hekk, l-argument li l-Qorti Ġenerali kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li waħda mill-miżuri suġġett tad-deċiżjoni kontenzjuża kienet tapplika għal perijodu li fih kien ipprojbit li l-korpi ta’ assigurazzjoni jiddistribwixxu profitti hija inammissibbli, sa fejn din ġiet invokata għall-ewwel darba fl-istadju tal-appell, u fi kwalunkwe każ, hija ineffettiva u infondata. Il-konstatazzjoni relattiva għall-possibbiltà li jfittxu u jitwettqu profitti “b’mod liberu” ma hijiex kontradittorja mal-eżistenza ta’ leġiżlazzjoni li tirrigwarda t-twettiq ta’ profitti.

    2. Evalwazzjoni

    136.

    Preliminarjament, inqis li huwa utli li jiġu stabbiliti ċerti prinċipji fundamentali li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-iżnaturament tal-provi.

    137.

    Qabel kollox, infakkar li skont ġurisprudenza klassika, in-natura probatorja tal-atti proċedurali taqa’ taħt l-evalwazzjoni sovrana tal-fatti mill-Qorti Ġenerali, li ma hijiex suġġetta għall-istħarriġ ġudizzjarju tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell, ħlief fil-każ ta’ żnaturament ( 97 ).

    138.

    Żnaturament għandu jirriżulta b’mod manifest mill-atti tal-proċess, mingħajr ma huwa neċessarju li ssir evalwazzjoni mill-ġdid tal-fatti u l-provi ( 98 ). Sabiex tiġi pprovata l-eżistenza ta’ żnaturament, ma huwiex suffiċjenti li jiġi propost qari tal-imsemmija provi differenti minn dak sostnut mill-Qorti Ġenerali ( 99 ). Għal dan il-għan, rikorrent għandu jindika b’mod speċifiku l-elementi li ġew żnaturati mill-Qorti Ġenerali u juri l-iżbalji ta’ analiżi li fl-evalwazzjoni tagħha wasslu għal tali żnaturament ( 100 ).

    139.

    F’dan il-każ, fl-ewwel lok fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq l-iżnaturament tal-provi relattivi għall-eżistenza temporanja ta’ projbizzjoni li l-korpi ta’ assigurazzjoni għall-mard jiddistribwixxu profitti, nosserva, qabel kollox, li għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni Dôvera fir-risposta tagħha, ir-Repubblika Slovakka diġà ġibdet l-attenzjoni għal dan il-fatt fil-punt 53 tan-nota ta’ intervent tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, b’tali mod li dan ma huwiex argument invokat għall-ewwel darba fl-istadju tal-appell. Madankollu, jien nirrileva wkoll li, fl-appell tagħha, ir-Repubblika Slovakka tindika biss li l-projbizzjoni ta’ distribuzzjoni ta’ profitti tirriżulta minn diversi atti proċedurali, iżda ma ssemmi ebda element li dwaru l-Qorti Ġenerali għamlet preżentazzjoni manifestament żbaljata fis-sentenza appellata. Fil-fehma tiegħi, fir-realtà, dan l-ilment huwa intiż sabiex jikkritika l-fatt li l-Qorti Ġenerali ma ħaditux inkunsiderazzjoni billi qieset dan l-element bħala nieqes mir-rilevanza għall-finijiet tal-evalwazzjoni tagħha. Madankollu din tikkostitwixxi evalwazzjoni tal-provi li, fiha nnifisha, ma taqax taħt l-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-istadju tal-appell. Konsegwentement, inqis li dan l-ilment għandu jiġi ddikjarat inammissibbli.

    140.

    Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk il-konstatazzjoni mwettqa mill-Qorti Ġenerali fil-punt 64 tas-sentenza appellata, li l-korpi ta’ assigurazzjoni fis-Slovakkja għandhom il-possibbiltà li jfittxu u jwettqu “b’mod liberu” profitti, tikkostitwixxix żnaturament, nosserva li r-Repubblika Slovakka mkien ma tindika element speċifiku li kien żnaturat mill-Qorti Ġenerali, u tagħmel biss riferiment ġeneriku għall-“atti tal-proċess”. Essenzjalment, jidhirli li taħt kopertura ta’ allegazzjoni ta’ żnaturament, ir-Repubblika Slovakka tikkritika lill-Qorti Ġenerali b’evalwazzjoni żbaljata tal-fatti. Fil-fatt, hija ma tikkontestax li l-Qorti Ġenerali fehmet b’mod korrett ir-restrizzjonijiet imposti mil-liġi Slovakka, iżda targumenta li għall-kuntrarju ta’ dak ikkunsidrat minn din tal-aħħar, ir-restrizzjonijiet inkwistjoni ma jaffettwawx biss il-possibbiltà li l-korpi ta’ assigurazzjoni għal-mard jużaw u jiddistribwixxu profitti, iżda wkoll il-possibbiltà li jagħmlu dawn l-istess profitti. Għahekk, dan l-ilment għandu, fil-fehma tiegħi, jiġi ddikjarat inammissibbli.

    141.

    Fit-tielet lok, il-Kummissjoni u r-Repubblika Slovakka jallegaw żnaturament tal-provi sa fejn, fil-punt 67 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddikjarat li teżisti, fi ħdan is-sistema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard, kompetizzjoni “intensa u kumplessa”. F’dan ir-rigward, inqs li essenzjalment, dan l-ilment jirrepeti l-argumenti, magħmula fil-kuntest tat-tieni aggravju mqajjem mill-Kummissjoni u tat-tielet aggravju mqajjem mir-Repubblika Slovakka, li jirrigwarda l-karatterizzazzjoni ta’ żball ta’ liġi tal-Qorti Ġenerali, li diġà pproponejt li għandhom jiġu miċħuda għar-raġunijiet esposti fil-punti 89 sa 130 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    142.

    Sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra dan l-aggravju tal-Kummissjoni u dan l-aħħar ilment tar-Repubblika Slovakka bħala li verament jirrigwardaw żnaturament tal-provi, huwa suffiċjenti li jiġi kkonstatat li r-Repubblika Slovakka fl-ebda mument ma indikat il-provi li l-Qorti Ġenerali biddlet is-sens tagħhom fis-sentenza appellata. Fir-rigward tal-Kummissjoni, minkejja li huwa minnu li din tiċċita wieħed minn dawn l-elementi, jiġifieri tabella ta’ kopertura li turi d-differenzi bejn il-koperturi ta’ korpi ta’ assigurazzjoni għall-mard differenti, huwa minnu wkoll li hija mkien ma tidentifika l-iżbalji ta’ analiżi li wasslu lill-Qorti Ġenerali għal tali żnaturament. L-aggravju tal-Kummissjoni u l-ilment tar-Repubblika Slovakka inkwistjoni, għandhom għalhekk, fil-fehma tiegħi, jiġu ddikjarati inammissibbli.

    3. Konklużjoni dwar it-tielet aggravju tal-appell fil-Kawża C‑262/18 P u t-tieni aggravju tal-appell fil-Kawża C‑271/18 P

    143.

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fuq imsemmija, nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara t-tielet aggravju fil-Kawża C‑262/18 P kif ukoll it-tieni aggravju fil-Kawża C‑271/18 P inammissibbli fl-intier tagħhom.

    V. L-appelli inċidentali

    A.   L-argumenti tal-partijiet

    144.

    Permezz tal-appelli inċidentali tagħha, Dôvera tressaq aggravju wieħed, jiġifieri li l-Qorti Ġenerali wettqet żball proċedurali u kissret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, meta fil-punt 58 tas-sentenza appellata, iddikjarat li Dôvera ma kinitx ikkontestat il-konstatazzjoni li tipprevedi li s-sistema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard tippreżenta “aspetti soċjali, ta’ solidarjetà u regolatorji [predominanti]” ( 101 ). Insostenn ta’ dan l-aggravju, hija tiġbed l-attenzjoni fuq partijiet tan-noti li hija kienet ippreżentat fl-ewwel istanza li fihom hija tiċħad espressament tali konstatazzjoni.

    145.

    Madankollu, skont Dôvera, dan l-aggravju għandu natura kontinġenti, peress li huwa neċessarju biss fil-każ improbabbli fejn, billi tadotta interpretazzjoni stretta tal-formulazzjoni tal-imsemmi punt tas-sentenza appellata, il-Qorti tal-Ġustizzja tinjora l-iżball ta’ traduzzjoni fil-verżjoni fil-lingwa tal-proċedura, jiġifieri l-verżjoni Ingliża, ta’ din is-sentenza, li tiddefinixxi l-aspetti soċjali, ta’ solidarjetà u regolatorji tal-imsemmija sistema bħala “predominant” (predominanti), filwaqt li huma ddefiniti bħala “importanti” fil-verżjoni Franċiża.

    146.

    Union tingħaqad fit-talbiet ta’ Dôvera.

    147.

    Il-Kummissjoni twieġeb li l-appelli inċidentali huma inammissibbli iżda, jekk jiġi preżunt li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidrahom bħala ammissibbli, hija għandha tikkonkludi, abbażi tal-verżjoni Ingliża tas-sentenza appellata, li hemm il-fondatezza tagħhom. Ir-Repubblika Slovakka targumenta li l-verżjoni Ingliża ta’ din is-sentenza ma hija vvizzjata b’ebda żball ta’ traduzzjoni, u fi kwalunkwe każ, li l-appelli inċidentali huma inammissibbli.

    B.   Evalwazzjoni

    148.

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li għamilt fil-punti 61 sa 64 ta’ dawn il-konklużjonijiet, jien tal-fehma li l-punt 58 tal-verżjoni Ingliża tas-sentenza appellata jinkludi żball ta’ traduzzjoni. Peress li fil-fehma tiegħi, dan l-iżball jista’ jiġi kkoreġut permezz ta’ sempliċi interpretazzjoni tas-sentenza appellata, inqis li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex teżamina l-appelli inċidentali.

    149.

    Madankollu, fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li hemm lok li tagħmel tali eżami, jidhirli li ma hemmx dubju li dan ser iwassal sabiex tiġi konkluża l-inammissibbiltà tagħhom minħabba nuqqas ta’ interess ġuridiku ta’ Dôvera.

    150.

    Fil-fatt, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-eżistenza ta’ interess ġuridiku jippreżumi li appell inċidentali ikun jista’, bl-eżitu tiegħu, jagħti vantaġġ lill-parti li tippreżentah ( 102 ).

    151.

    Issa, f’dan il-każ, fl-ewwel istanza, il-Qorti Ġenerali laqgħet ir-rikors ta’ Dôvera u annullat id-deċiżjoni kontenzjuża. Huwa għalhekk li ma narax x’vantaġġ tista’ tieħu Dôvera mill-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ l-appelli inċidentali tagħha u tannulla l-punt 58 tas-sentenza appellata fil-parti li fiha l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li Dôvera ma kinitx ikkontestat id-dikjarazzjoni li l-iskema Slovakka ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja kellha aspetti soċjali, ta’ solidarjetà u regolatorji predominanti. Anki jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ dawn l-appelli inċidentali, din il-modifika tkun tirrigwarda l-motivi tas-sentenza appellata u ma jkollha ebda effett fuq id-dispożittiv tagħha, u fi kwalunkwe każ, ebda modifika tad-dispożittiv li fih il-Qorti Ġenerali laqgħet ir-rikors tagħha, ma tista’ tagħti l-inqas vantaġġ għal Dôvera.

    C.   Konklużjonijiet dwar l-appelli inċidentali fil-Kawżi C‑262/18 P u C‑271/18 P

    152.

    Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tastjeni milli teżamina l-appelli inċidentali ppreżentati minn Dôvera fil-Kawżi C‑262/18 P u C‑271/18 P.

    VI. Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali

    153.

    Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, meta l-appell huwa fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, hija tista’ tiddeċiedi definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża jew tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċidiha.

    154.

    F’dan il-każ, inqis li l-Qorti tal-Ġustizzja hija f’pożizzjoni li tiddeċiedi l-motivi mressqa minn Dôvera quddiem il-Qorti Ġenerali.

    155.

    Fir-rigward tat-tieni motiv, nipproponi li jiġi miċħud abbażi tal-punti 89 sa 130 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    156.

    Fir-rigward tal-ewwel motiv, kif miġbur fil-qosor fil-punt 7 ta’ dawn il-konklużjonijiet, nissuġġerixxi wkoll li jiġu miċħud fl-intier tiegħu. Fil-fatt, fir-rigward tal-ewwel ilment ta’ dan il-motiv, mill-approċċ funzjonali tal-kunċett ta’ “impriża” jirriżulta, kif invokajt fil-punt 109 ta’ dawn il-konklużjonijiet, li l-klassifikazzjoni ta’ entità bħala tali hija dejjem marbuta ma’ attività ben preċiża. Fi kliem ieħor, entità li teżerċita attivitajiet ekonomiċi u attivitajiet mhux ekonomiċi f’daqqa għandha tiġi kkunsidrata bħala impriża fir-rigward ta’ dawk tal-ewwel biss. Dan l-ilment għandu, konsegwentement, jiġi miċħud. Fir-rigward tat-tieni motiv, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza stabbilita mfakkra fil-punti 114 u 115 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-klassifikazzjoni bħala ekonomika tal-attività eżerċitata fi ħdan l-iskemi ta’ sigurtà soċjali mħallta tiddependi fuq eżerċizzju ta’ bbilanċjar, li jikkonsisti fl-analiżi ta’ elementi ekonomiċi u mhux ekonomiċi differenti tal-iskema nazzjonali, kif ukoll tal-importanza tagħhom u l-għan rispettiv tagħhom. Minn dan jirriżulta loġikament li l-argument li kull element ekonomiku huwa suffiċjenti sabiex iwassal għal tali klassifikazzjoni huwa ġuridikament żbaljat. Fil-fehma tiegħi, it-tieni lment għandu jiġi miċħud ukoll.

    VII. Fuq l-ispejjeż

    157.

    Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ l-kawża definittivament hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.

    158.

    Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) ta’ dan l-istess regolament, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni u r-Repubblika Slovakka għamlu talba f’dan is-sens, Dôvera għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u dan l-appell.

    159.

    Skont l-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li intervjenew fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. Ir-Repubblika tal-Finlandja, intervenjenti fil-kawżi, għandha għalhekk tbati l-ispejjeż tagħha sostnuti fil-kuntest ta’ dan l-appell.

    160.

    Konformement mal-Artikolu 140(3) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li intervenjent, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi preċedenti, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. Hemm lok li jiġi deċiż li Union għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess sostnuti fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u dan l-appell.

    VIII. Konklużjoni

    161.

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi kif ġej:

    1)

    Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal‑5 ta’ Frar 2018, Dôvera zdravotná poist’ovňa vs Il-Kummissjoni (T‑216/15, mhux ippubblikata, EU:T:2018:64), hija annullata.

    2)

    Ir-rikors ippreżentat minn Dôvera zdravotná poist’ovňa quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi miċħud.

    3)

    L-appelli inċidentali huma miċħuda.

    4)

    Dôvera zdravotná poist’ovňa hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni sostnuti fil-kuntest tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u ta’ dan l-appell. Barra minn hekk hija kkundannata tbati l-ispejjeż kollha sostnuti mir-Repubblika Slovakka fil-kuntest ta’ dan l-appell.

    5)

    Union zdravotná poist’ovňa għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess sostnuti fil-kuntest tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u ta’ dan l-appell.

    6)

    Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż tagħha sostnuti fil-kuntest ta’ dan l-appell.


    ( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.

    ( 2 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/248 tal‑15 ta’ Ottubru 2014 dwar il-miżuri SA.23008 (2013/C) (ex 2013/NN) implimentati mir-Repubblika Slovakka għal Spoločná zdravotná poist’ovňa, a.s (SZP) u Všeobecná zdravotná poist’ovňa, a. s. (VZP) (ĠU 2015, L 41, p. 25).

    ( 3 ) Sentenza appellata, punti 45 sa 53.

    ( 4 ) Sentenza appellata, punt 54.

    ( 5 ) Sentenza appellata, punti 63 u 64.

    ( 6 ) Sentenza appellata, punti 65 sa 67.

    ( 7 ) Sentenza appellata, punt 68.

    ( 8 ) Ara f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑29 ta’ Frar 1996, Il-Bejġju vs Il-Kummissjoni (C‑56/93, EU:C:1996:64, punt 11); tat‑8 ta’ Mejju 2003, L-Italja u SIM 2 Multimedia vs Il-Kummissjoni (C‑328/99 u C‑399/00, EU:C:2003:252, punt 39), tal‑1 ta’ Lulju 2008, Chronopost u La Poste vs UFEX et (C‑341/06 P u C‑342/06 P, EU:C:2008:375, punt 143).kif ukoll tat‑22 ta’ Diċembru 2008, British Aggregates vs Il-Kummissjoni (C‑487/06 P, EU:C:2008:757, punt 114).

    ( 9 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenza tad‑29 ta’ Frar 1996, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (C‑56/93, EU:C:1996:64, punt 11).

    ( 10 ) Ara s-sentenza tat‑2 ta’ Settembru 2010, Il-Kummissjoni vs Deutsche Post (C‑399/08 P, EU:C:2010:481, punt 97).

    ( 11 ) Sentenza tas‑17 ta’ Settembru 1980, Philip Morris Holland vs Il-Kummissjoni (730/79, EU:C:1980:209, punt 24), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li waqt l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà, “il-Kummissjoni tgawdi setgħa diskrezzjonali li l-eżerċizzju tagħha jimplika evalwazzjonijiet ta’ natura ekonomika u soċjali li għandhom isiru f’kuntest Komunitarju”.

    ( 12 ) Din hija formola rripetuta b’mod kostanti mill-Qorti tal-Ġustizzja u li wieħed isib għall-ewwel darba, fis-sentenza tas‑16 ta’ Mejju 2000, Franza vs Ladbroke Racing u Il-Kummissjoni (C‑83/98 P, EU:C:2000:248, punt 25).

    ( 13 ) Waħda mid-deċiżjonijiet invokati mir-Repubblika Slovakka, jiġifieri s-sentenza tal‑15 ta’ Frar 2005, Il-Kummissjoni vs Tetra Laval (C‑12/03 P, EU:C:2005:87), ma hijiex ser tkun l-oġġett tal-analiżi tiegħi, minħabba l-fatt li din ingħatat fil-qasam antitrust, u mhux dak tal-għajnuna mill-Istat. Fil-fehma tiegħi, dan l-element jimplika neċessarjament li s-sentenza inkwistjoni ma hijiex rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni relattivi għall-kwistjoni dwar jekk SZP u VšZP jaqgħux fil-kunċett ta’ “impriża” skont l-Artikolu 107(1) TFUE, jikkostitwixxux evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi, peress li din id-determinazzjoni hija influwenzata b’mod qawwi min-natura oġġettiva tal-kunċett tal-għajnuna mill-Istat.

    ( 14 ) Digriet tal‑25 ta’ April 2002 (C‑323/00 P, EU:C:2002:260).

    ( 15 ) Sentenza tat‑22 ta’ Novembru 2007 (C‑525/04 P, EU:C:2007:698)

    ( 16 ) Sentenza tal‑1 ta’ Lulju 2008 (C‑341/06 P u C‑342/06 P, EU:C:2008:375).

    ( 17 ) Sentenza tat‑2 ta’ Settembru 2010 (C‑290/07 P, EU:C:2010:480).

    ( 18 ) Sentenza tal‑24 ta’ Ottubru 2013 (C‑214/12 P, C‑215/12 P u C‑223/12 P, EU:C:2013:682).

    ( 19 ) Dawn il-kriterji huma ddefiniti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, C 262, p. 1), fil‑punt 74.

    ( 20 ) Minbarra d-deċiżjonijiet iċċitati mir-Repubblika Slovakka, ara wkoll is-sentenzi tad‑29 ta’ Frar 1996, Il-Bejġju vs Il-Kummissjoni (C‑56/93, EU:C:1996:64, punti 1011) kif ukoll tat‑8 ta’ Mejju 2003, L-Italja u SIM 2 Multimedia vs Il-Kummissjoni (C‑328/99 u C‑399/00, EU:C:2003:252, punti 3839).

    ( 21 ) Ara s-sentenzi tat‑22 ta’ Novembru 2007, Spanja vs Lenzing (C‑525/04 P, EU:C:2007:698, punt 59), tat‑2 ta’ Settembru 2010, Il-Kummissjoni vs Scott (C‑290/07 P, EU:C:2010:480, punt 68), tal‑24 ta’ Jannar 2013, Frucona Košice vs Il-Kummissjoni (C‑73/11 P, EU:C:2013:32, punt 74) kif ukoll tat‑30 ta’ Novembru 2016, Il-Kummissjoni vs France u Orange (C‑486/15 P, EU:C:2016:912, punt 90).

    ( 22 ) F’dan ir-rigward, ara s-sentenza tal‑10 ta’ Lulju 1986, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (234/84, EU:C:1986:302, punt 14).

    ( 23 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenza tal‑5 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs EDF (C‑124/10 P, EU:C:2012:318, punti 82 sa 85105).

    ( 24 ) Sentenza tat‑2 ta’ Settembru 2010 (C‑290/07 P, EU:C:2010:480, punt 70). Enfasi miżjuda minni.

    ( 25 ) Ara Ritleng, D., Le juge communautaire de la légalité et le pouvoir discrétionnaire des institutions communautaire”, AJDA, 1999, Nru 9, p. 645.

    ( 26 ) Ara t-Titolu C ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 27 ) Enfasi miżjuda minni.

    ( 28 ) Enfasi miżjuda minni.

    ( 29 ) Enfasi miżjud minni.

    ( 30 ) Fir-risposti li ppreżentaw f’dawn il-kawżi magħquda, Dôvera u Union argumentaw, fil-fatt, li peress li dan l-ilment huwa dirett kontra obiter dictum, huwa għandu jiġi kkunsidrat ineffettiv. L-interpretazzjoni li jien żviluppajt fil-punt 71 ta’ dawn il-konklużjonijiet turi li jien ma naqbilx ma’ dan il-qari.

    ( 31 ) Infakkar li, skont ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ferm stabbilita, parti ma tistax tqajjem għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja argument li hija ma tkunx qajmet quddiem il-Qorti Ġenerali, peress li dan ikun ifisser li din il-parti titħalla tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li l-kompetenza tagħha fil-qasam ta’ appell hija limitata, tilwima iktar estiża minn dik li tressqet quddiem il-Qorti Ġenerali. Ara f’dan is-sens, is-sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2019, Bayerische Motoren Werke u Freistaat Sachsen vs Il-Kummissjoni (C‑654/17 P, EU:C:2019:634).

    ( 32 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenza tal‑11 ta’ Diċembru 2008, Il-Kummissjoni vs Freistaat Sachsen (C‑334/07 P, EU:C:2008:709, punt 50).

    ( 33 ) Sentenza tas‑16 ta’ Marzu 2004 (C‑264/01, C‑306/01, C‑354/01 u C‑355/01, EU:C:2004:150).

    ( 34 ) Sentenza tas‑17 ta’ Frar 1993 (C‑159/91 u C-160/91, EU:C:1993:63).

    ( 35 ) Sentenza tat‑22 ta’ Jannar 2002 (C‑218/00, EU:C:2002:36).

    ( 36 ) Sentenza tal‑5 ta’ Marzu 2009 (C‑350/07, EU:C:2009:127).

    ( 37 ) Sentenza tat‑3 ta’ Marzu 2011 (C‑437/09, EU:C:2011:112).

    ( 38 ) Sentenza tas‑16 ta’ Novembru 1995 (C‑244/94, EU:C:1995:392).

    ( 39 ) Sentenza tal‑21 ta’ Settembru 1999 (C‑67/96, EU:C:1999:430).

    ( 40 ) Sentenza tal‑21 ta’ Settembru 1999 (C‑115/97 sa C-117/97, EU:C:1999:434).

    ( 41 ) Sentenza tal‑21 ta’ Settembru 1999 (C‑219/97, EU:C:1999:437).

    ( 42 ) Sentenza tat‑12 ta’ Settembru 2000 (C‑180/98 sa C‑184/98, EU:C:2000:428).

    ( 43 ) Sentenza tas‑16 ta’ Marzu 2004 (C‑264/01, C‑306/01, C‑354/01 u C‑355/01, EU:C:2004:150).

    ( 44 ) Punt 58 tas-sentenza appellata.

    ( 45 ) Punt 64 tas-sentenza appellata.

    ( 46 ) Sentenza tas‑16 ta’ Marzu 2004 (C‑264/01, C‑306/01, C‑354/01 u C‑355/01, EU:C:2004:150).

    ( 47 ) Korsiv miżjud minni.

    ( 48 ) Sentenza tal‑10 ta’ Jannar 2006 (C‑222/04, EU:C:2006:8).

    ( 49 ) Sentenza tal‑1 ta’ Lulju 2008 (C‑49/07, EU:C:2008:376).

    ( 50 ) Sentenza tal‑10 ta’ Jannar 2006 (C‑222/04, EU:C:2006:8).

    ( 51 ) Sentenza tal‑1 ta’ Lulju 2008 (C‑49/07, EU:C:2008:376).

    ( 52 ) Sentenza tal‑10 ta’ Jannar 2006 (C‑222/04, EU:C:2006:8).

    ( 53 ) Sentenza tal‑10 ta’ Jannar 2006 (C‑222/04, EU:C:2006:8).

    ( 54 ) Sentenza tal‑1 ta’ Lulju 2008 (C‑49/07, EU:C:2008:376).

    ( 55 ) Sentenza tal‑1 ta’ Lulju 2008 (C‑49/07, EU:C:2008:376).

    ( 56 ) Sentenza tal‑10 ta’ Jannar 2006 (C‑222/04, EU:C:2006:8).

    ( 57 ) Sentenza tal‑1 ta’ Lulju 2008 (C 49/07, EU:C:2008:376).

    ( 58 ) Sentenza tal‑1 ta’ Lulju 2008 (C‑49/07, EU:C:2008:376).

    ( 59 ) Jidhirli li l-Qorti tal-Ġustizzja hija ispirata b’mod qawwi mill-parti rilevanti tal-konklużjonijiet mogħtija f’din il-kawża mill-Avukat Ġenerali Kokott (C‑49/07, EU:C:2008:142, punti 4142), li tipprovdi “[i]l-fatt li entità bħalma huwa l-ELPA jieħu l-forma ta’ assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru, ma jipprekludix it-teżi dwar l-eżistenza ta’ attività ekonomika u għaldaqstant impriża. Bis-servizzi li dawn joffru fuq is-suq, dawn l-entitajiet jistgħu ukoll jikkompetu mal-operaturi l-oħra, u dan irrispettivament minn jekk dawn tal-aħħar jaħdmux għal profitt jew le. Din tinsab murija partikolarment tajjeb f’din il-kawża, fejn żewġ assoċjazzjonijiet Griegi li jaħdmu bla profitt – l-ELPA u l-MOTOE – għandhom l-għan li jorganizzaw u jidħlu fil-kummerċ tat-tlielaq tal-muturi fil-Greċja. Is-suċċess ta’ dawn l-organizzazzjonijiet, fl-aħħar mill-aħħar, jiddependi fuq il-kapaċità li s-servizzi li huma joffru jisbqu lil dawk offruti mill-operaturi l-oħra u li jiggarantixxu l-finanzjament tal-attività tagħhom” (korsiv miżjud minni). L-unika differenza tinsab fil-fatt li għall-kuntrarju tal-Avukat Ġenerali tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tipprova tippreżenta din il-konklużjoni bħala preċiżjoni tal-portata tal-punt 123 tas-sentenza tal‑10 ta’ Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze et (C‑222/04, EU:C:2006:8), li fil-fehma tiegħi, wassal għall-iżball ta’ interpretazzjoni mwettaq mill-Qorti Ġenerali f’din il-kawża.

    ( 60 ) Sentenza tal‑10 ta’ Jannar 2006 (C‑222/04, EU:C:2006:8).

    ( 61 ) Kif innotat il-Kummissjoni fl-appell tagħha, il-Qorti Ġenerali aċċettat ukoll dan il-prinċipju. Fil-fatt, fis-sentenza tat‑28 ta’ Settembru 2017, Aanbestedingskalender et vs Il-Kummissjoni (T‑138/15, mhux ippubblikata, EU:T:2017:675), hija kkonfermat deċiżjoni kontenzjuża li kienet tikkonstata li l-użu ta’ pjattaforma tal-għoti ta’ elettriku, stabbilita sabiex tiżgura li l-awtoritajiet kontraenti jissodisfaw l-obbligi legali tagħhom fir-rigward ta’ ċerti direttivi tal-Unjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, ma kkostitwixxietx attività ekonomika, minkejja l-fatt li operaturi li għandhom skop ta’ lukru kienu jużaw ukoll pjattaformi analogi. Appell kontra din is-sentenza ġie reċentement miċħud mill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tas‑7 ta’ Novembru 2019, Aanbestedingskalender et vs Il-Kummissjoni (C‑687/17 P, mhux ippubblikata, EU:C:2019:932).

    ( 62 ) Sentenza tas‑27 ta’ Ġunju 2017 (C‑74/16, EU:C:2017:496, punt 50). Jidhirli opportun li jiġi nnotat li fil-punt 46 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet fakkret il-formola tal-punt 123 tas-sentenza tal‑10 ta’ Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze et (C‑222/04, EU:C:2006:8). Madankollu, il-konklużjoni li wasslet għaliha fir-rigward tan-natura tal-attività eżaminata turi, fil-fehma tiegħi, li l-frażi “ladarba din l-offerta tikkompeti ma’ dik ta’ operaturi oħrajn li jkollhom skop ta’ lukru” ma tinftiehemx bħala li tirrikjedi l-presenza konkominanti ta’ dawn iż-żewġ elementi.

    ( 63 ) Din il-ġurisprudenza stabbilita taf il-bidu tagħha fis-sentenza tat‑23 ta’ April 1991, Höfner u Elser (C‑-41/90, EU:C:1991:161, punt 21).

    ( 64 ) Din hija ġurisprudenza li taf il-bidu tagħha fis-sentenza tat‑23 ta’ April 1991, Höfner u Elser (C‑41/90, EU:C:1991:161, punt 21). Ara iktar reċenti, is-sentenza tas‑6 ta’ Novembru 2018, Scuola Elementare Maria Montessori vs Il-Kummissjoni, Il-Kummissjoni vs Scuola Elementare Maria Montessori u Il-Kummissjoni vs Ferracci (C‑622/16 P sa C‑624/16 P, EU:C:2018:873, punt 103).

    ( 65 ) Ara s-sentenza tal‑25 ta’ Lulju 2018, Il-Kummissjoni vs Spanja et (C‑128/16 P, EU:C:2018:591, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 66 ) Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawża FENIN vs Il-Kummissjoni (C‑205/03 P, EU:C:2005:666, punt 26).

    ( 67 ) Sentenza tas‑17 ta’ Ġunju 1999, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (C‑75/97, EU:C:1999:311, punt 37).

    ( 68 ) Ara f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawża FENIN vs Il-Kummissjoni (C‑205/03 P, EU:C:2005:666, punt 27). Ara wkoll, il-kunsiderazzjonijiet li għamilt jien fir-rigward tas-sentenza tas‑16 ta’ Marzu 2004, AOK Bundesverband et (C‑264/01, C‑306/01, C‑354/01 u C‑355/01, EU:C:2004:150) fil-punti 125 sa 127 u 129 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 69 ) Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawżi magħquda AOK Bundesverband et (C‑264/01, C‑306/01, C‑354/01 u C‑355/01, EU:C:2003:304, punt 35).

    ( 70 ) Sentenza tas‑17 ta’ Frar 1993 (C‑159/91 u C‑160/91, EU:C:1993:63).

    ( 71 ) Sentenza tat‑22 ta’ Jannar 2002 (C‑218/00, EU:C:2002:36).

    ( 72 ) Sentenza tas‑16 ta’ Marzu 2004 (C‑264/01, C‑306/01, C‑354/01 u C‑355/01, EU:C:2004:150).

    ( 73 ) Sentenza tal‑5 ta’ Marzu 2009 (C‑350/07, EU:C:2009:127).

    ( 74 ) Sentenza tat‑3 ta’ Marzu 2011 (C‑437/09, EU:C:2011:112).

    ( 75 ) Fir-rigward tal-elementi elenkati sa issa, ara s-sentenzi tas‑17 ta’ Frar 1993, Poucet u Pistre (C‑159/91 u C‑160/91, EU:C:1993:63, punti 10121318), tat‑22 ta’ Jannar 2002, Cisal (C‑218/00, EU:C:2002:36, punti 39 sa 44), tas‑16 ta’ Marzu 2004, AOK Bundesverband et (C‑264/01, C-306/01, C‑354/01 u C‑355/01, EU:C:2004:150, punti 47 sa 52), tal‑5 ta’ Marzu 2009, Kattner Stahlbau (C‑350/07, EU:C:2009:127, punti 44 sa 59) u tat‑3 ta’ Marzu 2011, AG2R Prévoyance (C‑437/09, EU:C:2011:112, punti 47 sa 52).

    ( 76 ) Sentenzi tas‑17 ta’ Frar 1993, Poucet u Pistre (C‑159/91 u C‑160/91, EU:C:1993:63, punti 1418), tat-22 ta’ Jannar 2002, Cisal (C‑218/00, EU:C:2002:36, punti 43 sa 44), tas-16 ta’ Marzu 2004, AOK Bundesverband et (C‑264/01, C‑306/01, C‑354/01 u C‑355/01, EU:C:2004:150, punti 48 sa 52), tal‑5 ta’ Marzu 2009, Kattner Stahlbau (C‑350/07, EU:C:2009:127, punti 60 sa 65) u tat‑3 ta’ Marzu 2011, AG2R Prévoyance (C‑437/09, EU:C:2011:112, punti 53 sa 65).

    ( 77 ) Sentenza tal-11 ta’ Lulju 2006 (C‑205/03 P, EU:C:2006:453, punt 26).

    ( 78 ) Ara wkoll, il-punt 93 tad-deċiżjoni kontenzjuża.

    ( 79 ) Sentenza tas‑16 ta’ Novembru 1995 (C‑244/94, EU:C:1995:392).

    ( 80 ) Sentenza tal‑21 ta’ Settembru 1999 (C‑67/96, EU:C:1999:430).

    ( 81 ) Sentenza tal‑21 ta’ Settembru 1999 (C‑115/97 sa C‑117/97, EU:C:1999:434).

    ( 82 ) Sentenza tal‑21 ta’ Settembru 1999 (C‑219/97, EU:C:1999:437).

    ( 83 ) Sentenza tat‑12 ta’ Settembru 2000 (C‑180/98 sa C‑184/98, EU:C:2000:428).

    ( 84 ) Sentenza tas‑16 ta’ Marzu 2004 (C‑264/01, C‑306/01, C‑354/01 u C-355/01, EU:C:2004:150).

    ( 85 ) Sentenza tas‑16 ta’ Marzu 2004, AOK Bundesverband et (C‑264/01, C‑306/01, C‑354/01 u C‑355/01, EU:C:2004:150, punti 67).

    ( 86 ) Sentenza tas‑-16 ta’ Marzu 2004, AOK Bundesverband et (C‑264/01, C‑306/01, C‑354/01 u C‑355/01, EU:C:2004:150, punti 5253).

    ( 87 ) Sentenza tas‑16 ta’ Marzu 2004, AOK Bundesverband et (C‑264/01, C‑306/01, C‑354/01 u C‑355/01, EU:C:2004:150, punti 89).

    ( 88 ) Sentenza tas‑16 ta’ Marzu 2004, AOK Bundesverband et (C‑264/01, C‑306/01, C‑354/01 u C‑355/01, EU:C:2004:150, punt 52).

    ( 89 ) Għandu jiġi nnotat li waqt is-seduta Dôvera sostniet li dan ma kienx possibbli peress li dawn iż-żewġ kawżi huma differenti fi tliet aspetti: l-ewwel nett, il-korpi ta’ assigurazzjoni għall-mard li joperaw fis-suq Slovakk ma għandhomx skop ta’ lukru; it-tieni nett, huma kkostitwiti taħt il-forma ta’ kumpanniji kummerċjali; it-tielet nett, huma jistgħu jinnegozjaw direttament u jikkonkludu kuntratti mal-fornituri ta’ kura tas-saħħa. Fir-rigward ta’ dan l-aħħar element, jien diġà spjegajt ir-raġuni li għaliha ma jistax jittieħed inkunsiderazzjoni fil-punti 118 u 119 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Fir-rigward tat-tfittxija ta’ skop ta’ lukru mill-korpi ta’ assigurazzjoni, l-assenza tar-rilevanza ta’ dan l-element għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ entità bħala impriża hija mmotivata fil-punti 92 sa 107 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-fatt li dawn il-korpi huma kkostitwiti fil-forma ta’ kumpanniji kummerċjali, infakkar biss mill-ġdid il-ġurisprudenza klassika li tipprovdi li l-istatus legali ta’ entità, li t-tfittxija ta’ skop ta’ lukru tagħha hija biss dipendenti fuq dak ta’ ħaddieħor, ma hijiex rilevanti għall-finijiet tal-imsemmija klassifikazzjoni. Ara, fuq dan l-aħħar punt, is-sentenza tat‑22 ta’ Ottubru 2015, EasyPay u Finance Engineering (C‑185/14, EU:C:2015:716, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 90 ) Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma kkontestatx il-konstatazzjoni li tinsab fil-punt 87 tad-deċiżjoni kontenzjuża li tipprovdi li l-portata tal-benefiċċji legali obbligatorji kienet, fil-fatt, wiesgħa ħafna peress li tkopri kważi l-kura medika kollha fir-Repubblika Slovakka. F’dan ir-rigward, ninnota li fl-appell tagħha, ir-Repubblika Slovakka ssostni li 98.9 % tas-servizzi mediċi kollha pprovduti huma totalment irrimborsati mill-kumpanniji ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorju, b’tali mod li l-possibbiltà li ssir kompetizzjoni tirrigwarda biss 1.1 % tas-servizzi mediċi li jifdal.

    ( 91 ) Sentenza tas‑16 ta’ Marzu 2004 (C‑264/01, C‑306/01, C‑354/01 u C‑355/01, EU:C:2004:150).

    ( 92 ) Sentenza tas‑16 ta’ Marzu 2004, AOK Bundesverband et (C‑264/01, C‑306/01, C‑354/01 u C‑355/01, EU:C:2004:150, punt 7).

    ( 93 ) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 7, punt 15, tad-deċiżjoni kontenzjuża.

    ( 94 ) Ara l-punt 95 tad-deċiżjoni kontenzjuża.

    ( 95 ) Sentenza tas‑16 ta’ Marzu 2004 (C‑264/01, C‑306/01, C‑354/01 u C‑355/01, EU:C:2004:150).

    ( 96 ) Dan huwa r-rekwiżit ta’ koerenza li jien invokajt fil-punt 112 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 97 ) Sentenza tal‑11 ta’ Settembru 2008, Il-Ġermanja et vs Kronofrance (C‑75/05 P u C‑80/05 P, EU:C:2008:482, punt 78 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 98 ) Ara s-sentenza tal‑4 ta’ April 2017, L-Ombudsman vs Staelen (C‑337/15 P, EU:C:2017:256, punt 83 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 99 ) Ara s-sentenza tal‑25 ta’ Lulju 2018, QuaMa Quality Management vs L-EUIPO (C‑139/17 P, mhux ippubblikata, EU:C:2018:608, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 100 ) Ara s-sentenza tal‑25 ta’ Lulju 2018, Spanja vs Il-Kummissjoni (C‑588/17 P, mhux ippubblikata, EU:C:2018:607, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 101 ) Din hija t-traduzzjoni Franċiża litterali użata fil-verżjoni Ingliża tas-sentenza appellata. Fil-verżjoni Franċiża l-kelma użata hija “importants”.

    ( 102 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2011, Iride vs Il-Kummissjoni (C‑329/09 P, mhux ippubblikata, EU:C:2011:859, punti 48 sa 51 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    Top