This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CA0654
Case C-654/18: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 28 May 2020 (request for a preliminary ruling from the Verwaltungsgericht Stuttgart — Germany) — Interseroh Dienstleistungs GmbH v SAA Sonderabfallagentur Baden-Württemberg GmbH (Reference for a preliminary ruling — Environment — Shipment of waste — Regulation (EC) No 1013/2006 — Procedure of prior written notification and consent — General information requirements — Annex IIIA — Mixture of paper, paperboard and paper products — Entry B3020 of Annex IX to the Basel Convention — Impurities — Contamination of a mixture by other materials — Environmentally sound method of recovery)
Kawża C-654/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgericht Stuttgart- il-Ġermanja) – Interseroh Dienstleistungs GmbH vs SAA Sonderabfallagentur Baden-Württemberg GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Trasferiment ta’ skart – Regolament (KE) Nru 1013/2006 – Proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel – Rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni – Annexe III A – Taħlita ta’ karta, ta’ kartun u ta’ prodotti tal-karta – Entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel – Materjali li jfixklu – Kontaminazzjoni ta’ taħlita b’materjali oħra – Valorizzazzjoni b’mod ekoloġikament razzjonali)

ĠU C 255, 3.8.2020, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgericht Stuttgart- il-Ġermanja) – Interseroh Dienstleistungs GmbH vs SAA Sonderabfallagentur Baden-Württemberg GmbH
(Kawża C-654/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Trasferiment ta’ skart - Regolament (KE) Nru 1013/2006 - Proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel - Rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni - Annexe III A - Taħlita ta’ karta, ta’ kartun u ta’ prodotti tal-karta - Entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel - Materjali li jfixklu - Kontaminazzjoni ta’ taħlita b’materjali oħra - Valorizzazzjoni b’mod ekoloġikament razzjonali)
(2020/C 255/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Stuttgart
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Interseroh Dienstleistungs GmbH
Konvenuta: SAA Sonderabfallagentur Baden-Württemberg GmbH
Dispożittiv
1. |
L-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2002 tal-10 ta’ Novembru 2015, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal taħlita ta’ skart tal-karta, tal-kartun u ta’ prodotti tal-karta fejn kull tip ta’ skart jaqa’ taħt wieħed mill-ewwel tliet inċiżi tal-entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni dwar il-kontroll tal-moviment transkonfinali ta’ skart perikoluż u r-rimi tiegħu, iffirmata f’Basel fit-22 ta’ Marzu 1989, approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/98/KEE tal-1 ta’ Frar 1993, riprodotta fil-Lista B tal-Parti 1 tal-Anness V ta’ dan ir-regolament, u li fiha impuritajiet sa 10 %. |
2. |
L-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament Nru 1013/2006, kif emendat bir-Regolament 2015/2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal tali taħlita ta’ skart sa fejn, minn naħa, din it-taħlita ma tinkludix materji li jaqgħu taħt ir-raba’ inċiż tal-entrata B3020 tal-Anness IX tal-imsemmija konvenzjoni, riprodotta fil-Lista B tal-Parti 1 tal-Anness V ta’ dan ir-regolament, u, min-naħa l-oħra, ikunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li jinsabu fil-punt 1 tal-Anness III A tal-imsemmi regolament, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. |