Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0631

    Kawża C-631/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Jannar 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 258 TFUE – Swieq tal-istrumenti finanzjarji – Direttiva delegata (UE) 2017/593 – Assenza ta’ traspożizzjoni u/jew ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni)

    ĠU C 72, 1.3.2021, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 72/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Jannar 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

    (Kawża C-631/18) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 258 TFUE - Swieq tal-istrumenti finanzjarji - Direttiva delegata (UE) 2017/593 - Assenza ta’ traspożizzjoni u/jew ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni)

    (2021/C 72/03)

    Lingwa tal-kawża: is-Sloven

    Partijiet

    Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: T. Scharf u B. Rous Demiri, aġenti)

    Konvenut: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: V. Klemenc, aġent)

    Dispożittiv

    1)

    Peress li ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/593 tas-7 ta’ April 2016 li tissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward is-salvagwardja tal-istrumenti finanzjarji u l-fondi tal-klijenti, l-obbligi ta’ governanza tal-prodotti u r-regoli applikabbli għall-provvediment jew ir-riċeviment ta’ tariffi, kummissjonijiet jew kwalunkwe benefiċċju monetarju jew mhux monetarju, u, għaldaqstant, peress li ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14 tad-Direttiva Delegata 2017/593.

    2)

    Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 155, 06.05.2019.


    Top