Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0622

    Kawża C-622/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation, Franza) – AR vs Cooper International Spirits LLC, St Dalfour SAS, Établissements Gabriel Boudier SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri fuq it-trade marks – Direttiva 2008/95/KE – Artikolu 5(1)(b) – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) – Artikolu 12(1) – Revoka ta’ trade mark minħabba assenza ta’ użu ġenwin – Dritt tal-proprjetarju tat-trade mark li jinvoka ksur tad-drittijiet esklużivi tiegħu permezz tal-użu minn terz ta’ sinjal identiku jew simili matul il-perijodu preċedenti għad-data effettiva tar-revoka)

    ĠU C 215, 29.6.2020, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 215/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation, Franza) – AR vs Cooper International Spirits LLC, St Dalfour SAS, Établissements Gabriel Boudier SA

    (Kawża C-622/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri fuq it-trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 5(1)(b) - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) - Artikolu 12(1) - Revoka ta’ trade mark minħabba assenza ta’ użu ġenwin - Dritt tal-proprjetarju tat-trade mark li jinvoka ksur tad-drittijiet esklużivi tiegħu permezz tal-użu minn terz ta’ sinjal identiku jew simili matul il-perijodu preċedenti għad-data effettiva tar-revoka)

    (2020/C 215/14)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Qorti tal-Kassazzjoni

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: AR

    Konvenuti: Cooper International Spirits LLC, St Dalfour SAS, Établissements Gabriel Boudier SA

    Dispożittiv

    L-Artikolu 5(1)(b), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks, moqrija flimkien mal-premessa 6 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark li d-drittijiet tiegħu jiġu rrevokati mal-iskadenza tat-terminu ta’ ħames snin li jibda jiddekorri mir-reġistrazzjoni tagħha peress li ma jkunx għamel użu ġenwin ta’ din it-trade mark fl-Istat Membru kkonċernat għall-prodotti jew għas-servizzi li għalihom hija kienet ġiet irreġistrata, iżommx id-dritt li jitlob il-kumpens għad-dannu subit minħabba l-użu tagħha, minn parti terza, qabel id-data effettiva tar-revoka, ta’ sinjal simili għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili li jwasslu għal konfużjoni mal-marka tiegħu.


    (1)  ĠU C 436, 3.12.2018.


    Top