Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0410

    Kawża C-410/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif — il-Lussemburgu) — Nicolas Aubriet vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la Recherche (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-persuni — Ugwaljanza fit-trattament — Vantaġġi soċjali — Regolament (UE) Nru 492/2011 — Artikolu 7(2) — Għajnuna finanzjarja għal edukazzjoni ogħla — Studenti mhux residenti — Kundizzjoni marbuta mat-tul tax-xogħol tal-ġenituri tagħhom fit-territorju nazzjonali — Tul minimu ta’ ħames snin — Perijodu ta’ riferiment ta’ seba’ snin — Metodu għall-kalkolu tal-perijodu ta’ riferiment — Data tat-talba għall-għajnuna finanzjarja — Diskriminazzjoni indiretta — Ġustifikazzjoni — Proporzjonalità)

    ĠU C 305, 9.9.2019, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 305/23


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif — il-Lussemburgu) — Nicolas Aubriet vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la Recherche

    (Kawża C-410/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Ugwaljanza fit-trattament - Vantaġġi soċjali - Regolament (UE) Nru 492/2011 - Artikolu 7(2) - Għajnuna finanzjarja għal edukazzjoni ogħla - Studenti mhux residenti - Kundizzjoni marbuta mat-tul tax-xogħol tal-ġenituri tagħhom fit-territorju nazzjonali - Tul minimu ta’ ħames snin - Perijodu ta’ riferiment ta’ seba’ snin - Metodu għall-kalkolu tal-perijodu ta’ riferiment - Data tat-talba għall-għajnuna finanzjarja - Diskriminazzjoni indiretta - Ġustifikazzjoni - Proporzjonalità)

    (2019/C 305/29)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal administratif

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Nicolas Aubriet

    Konvenut: Ministre de l’Enseignement supérieur et de la Recherche

    Dispożittiv

    L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħmel l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla lill-istudenti mhux residenti, bil-kundizzjoni li, fid-data tat-talba għall-għajnuna finanzjarja, wieħed mill-ġenituri tal-istudent ikun ġie impjegat jew ikun eżerċita attività f’dak l-Istat Membru għal perijodu ta’ mill-inqas ħames snin fuq perijodu ta’ riferiment ta’ seba’ snin ikkalkolat b’mod retroattiv mid-data tal-imsemmija talba għall-għajnuna finanzjarja, sa fejn ma tippermettix fehim wiesa’ biżżejjed tal-eżistenza ta’ rabta suffiċjenti mas-suq tax-xogħol ta’ dan l-Istat Membru.


    (1)  ĠU C 301, 27.8.2018.


    Top