Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0344

    Kawża C-344/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidshof te Gent – il-Belġju) – ISS Facility Services NV vs Sonia Govaerts, Atalian NV, li kienet Euroclean NV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2001/23/KE – Artikolu 3(1) – Trasferimenti ta’ impriżi – Salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema – Kuntratt pubbliku li jirrigwarda s-servizzi ta’ tindif – Attribuzzjoni tal-lottijiet tal-kuntratt lil żewġ offerenti rebbieħa ġodda – Impjieg mill-ġdid ta’ ħaddiem assenjat fil-lottijiet kollha tal-kuntratt)

    ĠU C 215, 29.6.2020, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 215/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidshof te Gent – il-Belġju) – ISS Facility Services NV vs Sonia Govaerts, Atalian NV, li kienet Euroclean NV

    (Kawża C-344/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/23/KE - Artikolu 3(1) - Trasferimenti ta’ impriżi - Salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema - Kuntratt pubbliku li jirrigwarda s-servizzi ta’ tindif - Attribuzzjoni tal-lottijiet tal-kuntratt lil żewġ offerenti rebbieħa ġodda - Impjieg mill-ġdid ta’ ħaddiem assenjat fil-lottijiet kollha tal-kuntratt)

    (2020/C 215/08)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Arbeidshof te Gent

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: ISS Facility Services NV

    Konvenuti: Sonia Govaerts, Atalian NV, li kienet Euroclean NV

    Dispożittiv

    Fil-preżenza ta’ trasferiment ta’ impriża li jinvolvi diversi ċessjonarji, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn kuntratt ta’ xogħol huma ttrasferiti lil kull wieħed miċ-ċessjonarji, pro rata mal-funzjonijiet eżerċitati mill-ħaddiem ikkonċernat, bil-kundizzjoni li l-qsim tal-kuntratt ta’ xogħol li jirriżulta minnu jkun possibbli jew ma jwassalx sabiex il-kundizzjonijiet tax-xogħol imorru għall-agħar u lanqas ma jippreġudika s-salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema ggarantita minn din id-direttiva, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. Fil-każ li tali qsim jirriżulta impossibbli li jitwettaq jew jippreġudika d-drittijiet tal-imsemmi ħaddiem, iċ-ċessjonarju jew iċ-ċessjonarji għandhom, skont l-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva, jitqiesu bħala responsabbli għall-eventwali tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol li jirriżulta, anki jekk dan it-tmiem ikun seħħ fuq l-inizjattiva tal-ħaddiem.


    (1)  ĠU C 294, 20.8.2018.


    Top