This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CA0304
Case C-304/18: Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 11 July 2019 — European Commission v Italian Republic (Failure of a Member State to fulfil obligations — Own resources — Customs duties — Finding of a customs debt — Inclusion in separate accounts — Obligation to make own resources available to the European Union — Recovery procedure initiated out of time — Default interest)
Kawża C-304/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Riżorsi proprji — Dazji doganali — Konstatazzjoni ta’ dejn doganali — Iskrizzjoni f’kontabbiltà separata — Obbligu ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ rkupru mibdija tard — Interessi moratorji)
Kawża C-304/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Riżorsi proprji — Dazji doganali — Konstatazzjoni ta’ dejn doganali — Iskrizzjoni f’kontabbiltà separata — Obbligu ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ rkupru mibdija tard — Interessi moratorji)
ĠU C 305, 9.9.2019, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 305/20 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-304/18) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Riżorsi proprji - Dazji doganali - Konstatazzjoni ta’ dejn doganali - Iskrizzjoni f’kontabbiltà separata - Obbligu ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ rkupru mibdija tard - Interessi moratorji)
(2019/C 305/25)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn Z. Malůšková, M. Owsiany-Hornung u F. Tomat, sussegwentement minn Z. Malůšková u F. Tomat, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn G. Albenzio, avvocato dello Stato)
Dispożittiv
1) |
Billi rrifjutat li tqiegħed għad-dispożizzjoni riżorsi proprji tradizzjonali li jammontaw għal EUR 2 120 309,50, indikati fl-avviż ta’ nuqqas eżiġibbiltà IT(07)08-917, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KE Euratom tal-31 ta’ Ottubru 1994 dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Komunità Ewropea, l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE Euratom tad-29 ta’ Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej, l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej, u l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikoli 10, 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 li jimplimenta d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet, l-Artikoli 10, 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728, u l-Artikoli 10, 12 u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati tmenin fil-mija mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll l-ispejjeż tagħha stess. |
4) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati għoxrin fil-mija mill-ispejjeż tagħha stess. |