Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0056

Kawża C-56/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Marzu 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Gmina Miasto Gdynia, Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. z o.o., ir-Repubblika tal-Polonja (Appell – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 108(2) TFUE – Għajnuna għall-investiment – Għajnuna għat-tħaddim – Infrastrutturi tal-ajruporti – Finanzjament pubbliku mogħti mill-komuni ta’ Gdynia u ta’ Kosakowo favur il-konverżjoni tal-ajruport ta’ Gdynia Kosakowo – Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea – Għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Ordni ta’ rkupru tal-għajnuna – Annullament mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea – Formalità essenzjali – Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati)

ĠU C 215, 29.6.2020, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Marzu 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Gmina Miasto Gdynia, Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. z o.o., ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-56/18 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 108(2) TFUE - Għajnuna għall-investiment - Għajnuna għat-tħaddim - Infrastrutturi tal-ajruporti - Finanzjament pubbliku mogħti mill-komuni ta’ Gdynia u ta’ Kosakowo favur il-konverżjoni tal-ajruport ta’ Gdynia Kosakowo - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea - Għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Ordni ta’ rkupru tal-għajnuna - Annullament mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Formalità essenzjali - Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati)

(2020/C 215/03)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, D. Recchia u S. Noë, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Gmina Miasto Gdynia, Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. z o.o. (rappreżentanti: T. Koncewicz, adwokat, M. Le Berre, avukat, K. Gruszecka-Spychała u P. Rosiak, radcowie prawni); ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u M. Rzotkiewicz, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Novembru 2017, Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni (T-263/15), hija annullata.

2)

It-tielet ilment tas-sitt motiv tar-rikors għal annullament huwa miċħud, sa fejn dan l-ilment huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati f’dan il-każ minħabba l-fatt li dawn tal-aħħar ma tpoġġewx f’pożizzjoni li jesprimu ruħhom, qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1586 tas-26 ta’ Frar 2015 dwar il-miżura SA.35388 (13/C) (ex 13/NN u ex 12/N) – Il-Polonja – It-twaqqif tal-ajruport ta’ Gdynia Kosakowo, dwar ir-rilevanza tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru”.

3)

Il-kawża qiegħda tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi, minn naħa, dwar l-aspetti tat-tielet ilment tas-sitt motiv tar-rikors għal annullament li dwarhom ma tteħditx deċiżjoni fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Novembru 2017, Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni (T-263/15) u, min-naħa l-oħra, dwar l-ewwel sal-ħames motiv tar-rikors.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 152, 30.04.2018.


Top