Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0704

    Kawża T-704/17: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 424, 11.12.2017, p. 53–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.12.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 424/53


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-704/17)

    (2017/C 424/77)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. García-Valdecasas Dorrego, aġent)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament Nru 1/58, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal, peress li s-sistema ta’ komunikazzjoni bejn l-EPSO u l-kandidat hija limitata biss għall-Ingliż, għall-Franċiż u għall-Ġermaniż, inkluż f’dak li jirrigwarda l-att ta’ kandidatura.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1/58, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal, minħabba li l-għażla tat-tieni lingwa hija limitata bla bżonn biss għal tliet lingwi, li huma l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż, bl-esklużjoni tal-lingwi uffiċjali l-oħra tal-Unjoni Ewropea, u minħabba li fil-kuntest tal-għażla 1, il-lingwa 3 hija limitata għall-Ingliż, għall-Franċiż u għall-Ġermaniż bl-esklużjoni tal-lingwi uffiċjali l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

    3.

    It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-għażla tal-Ingliż, tal-Franċiż u tal-Ġermaniż hija arbitrarja u tagħti lok għal diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa pprojbita mill-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1/58, mill-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal.


    Top