Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0662

    Kawża T-662/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2017 – Link Flexible et vs SRB

    ĠU C 424, 11.12.2017, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.12.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 424/44


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2017 – Link Flexible et vs SRB

    (Kawża T-662/17)

    (2017/C 424/64)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Link Flexible Sicav, SA (Madrid, Spanja) u 20 rikorrent ieħor (rappreżentanti: M. Romero Rey u I. Salama Salama, avukati)

    Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni

    Talbiet

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08 tas-7 ta’ Ġunju 2017 li permezz tagħha ġie deċiż li tiġi adottata riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE;

    tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni sabiex jikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni sostnuti, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u l-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li l-ammont eżatt tiegħu jiġi ddeterminat ladarba l-informazzjoni kollha mitluba tiġi pprovduta u, b’mod partikolari, ir-rapport provviżorju maħruġ minn Deloitte u dawk magħmula minn esperti indipendenti skont ir-Regolament UE 806/2014, li nitolbu li ningħataw aċċess għalihom.

    tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż tal-kawża, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 133 u 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


    Top