Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0474

    Kawża T-474/17: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2017 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 357, 23.10.2017, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 357/16


    Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2017 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-474/17)

    (2017/C 357/21)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, P. Estêvão, J. Saraiva de Almeida, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2017) 4136, tas-26 ta’ Ġunju 2017, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni spejjeż iddikjarati mill-Portugall relatati mal-allegat nuqqas ta’ osservanza tal-limiti massimi u tat-termini ta’ ħlas;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal- Kummissjoni (KE) Nru 885/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (ĠU 2006, L 171, p. 90).

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU 2009, L 30, p. 16).

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 31(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 2005, L 209, p. 1).

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 9(3) u 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 968/2006, tas-27 ta’ Ġunju 2006, li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità (ĠU 2006, L 176, p. 32).


    Top