Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0379

    Kawża T-379/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2017 – Tengelmann Warenhandelsgesellschaft vs EUIPO – C & C IP (T)

    ĠU C 256, 7.8.2017, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 256/39


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2017 – Tengelmann Warenhandelsgesellschaft vs EUIPO – C & C IP (T)

    (Kawża T-379/17)

    (2017/C 256/45)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Tengelmann Warenhandelsgesellschaft KG (Mülheim an den Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentan: H. Prange u S. Köber avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: C & C IP Sàrl (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “T” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 011 623 097

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 415/2015-5

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) mogħtija fit-23 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 415/2015-5 dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 002 256 702 li jikkonċernaw l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 011 623 097, irċevuta mir-rikorrenti fit-12 ta’ April 2017 u li temendaha sabiex l-oppożizzjoni tiġi miċħuda kollha kemm hi;

    tikkundanna lill-EUIPO, u, jekk ikun il-każ, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż, inklużi dawk imġarrba fil-kuntest ta’ dan ir-rikors.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top