This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TA0745
Case T-745/17: Judgment of the General Court of 9 September 2020 — Kerkosand v Commission (State aid — Aid for an investment project in western Slovakia — Regional investment aid — Rejection of a complaint — Decision not to raise any objections — Conditions for exemption — Article 14 of Regulation (EU) No 651/2014 — Scope of the Commission’s supervisory power — Guidelines on regional State aid for 2014-2020 — Concept of SME — Article 3(2) and (3) of Annex I to Regulation No 651/2014 — Data used for the staff headcount and the financial amounts and reference period — Article 4 of Annex I to Regulation No 651/2014 — Doubts as to the compatibility of the aid with the internal market — Article 4(4) of Regulation (EU) 2015/1589 — Serious difficulties)
Kawża T-745/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2020 – Kerkosand vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna intiża għal proġett ta’ investiment fil-Punent tas-Slovakkja – Għajnuna għall-investiment reġjonali – Ċaħda ta’ lment – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Kundizzjonijiet għal eżenzjoni – Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 – Portata tas-setgħa ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 – Kunċett ta’ SME – Artikolu 3(2) u (3) tal-Anness I tar-Regolament Nru 651/2014 – Informazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-għadd tal-persunal u għall-ammonti finanzjarji u perijodu ta’ referenza – Artikolu 4 tal-Anness I tar-Regolament Nru 651/2014 – Dubji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern – Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2015/1589 – Diffikultajiet serji”)

ĠU C 378, 9.11.2020, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/26 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2020 – Kerkosand vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-745/17) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna intiża għal proġett ta’ investiment fil-Punent tas-Slovakkja - Għajnuna għall-investiment reġjonali - Ċaħda ta’ lment - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Kundizzjonijiet għal eżenzjoni - Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 - Portata tas-setgħa ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni - Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 - Kunċett ta’ SME - Artikolu 3(2) u (3) tal-Anness I tar-Regolament Nru 651/2014 - Informazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-għadd tal-persunal u għall-ammonti finanzjarji u perijodu ta’ referenza - Artikolu 4 tal-Anness I tar-Regolament Nru 651/2014 - Dubji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern - Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2015/1589 - Diffikultajiet serji”)
(2020/C 378/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Kerkosand spol. s r. o. (Šajdíkove Humence, is-Slovakkja) (rappreżentanti: A. Rosenfeld u C. Holtmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck u A. Bouchagiar, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 5050 final tal-20 ta’ Lulju 2017, dwar l-għajnuna għall-investiment favur il-produttur Slovakk tar-ramel tas-silika NAJPI a. s. (SA.38121 (2016/FC) – Is-Slovakkja) (ĠU 2017, C 336, p. 1),
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 5050 final tal-20 ta’ Lulju 2017 dwar l-għajnuna għall-investiment favur il-produttur Slovakk tar-ramel tas-silika NAJPI a. s. (SA.38121 (2016/FC) – Is-Slovakkja), hija annullata. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |