Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0716

    Kawża T-716/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2020 – Germanwings vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat – Settur tal-ajru – Għajnuna mogħtija mill-Italja favur l-ajruporti ta’ Sardegna – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern – Imputabbiltà lill-Istat – Benefiċjarji – Vantaġġ favur il-kumpanniji tal-ajru kontraenti – Prinċipju tal-operatur privat f’ekonomija tas-suq – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Skema ta’ għajnuna – Għajnuna de minimis – Irkupru”)

    ĠU C 215, 29.6.2020, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 215/26


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2020 – Germanwings vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-716/17) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Settur tal-ajru - Għajnuna mogħtija mill-Italja favur l-ajruporti ta’ Sardegna - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Imputabbiltà lill-Istat - Benefiċjarji - Vantaġġ favur il-kumpanniji tal-ajru kontraenti - Prinċipju tal-operatur privat f’ekonomija tas-suq - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Skema ta’ għajnuna - Għajnuna de minimis - Irkupru”)

    (2020/C 215/31)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Germanwings GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Martin-Ehlers, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u S. Noë, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1861, tad-29 ta’ Lulju 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA33983 (2013/C) (ex 2012/NN) (ex 2011/N) — l-Italja — Kumpens lill-ajruporti ta’ Sardinja għall-obbligi ta’ servizz pubbliku (SIEĠ) (ĠU 2017, L 268, p. 1).

    Dispożitiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Germanwings GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 412, 4.12.2017.


    Top