Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0698

    Kawża T-698/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — MAN Truck & Bus vs EUIPO — Halla Holdings (MANDO) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MANDO — Trade marks internazzjonali u nazzjonali figurattivi preċedenti MAN — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Man — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    ĠU C 305, 9.9.2019, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 305/41


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — MAN Truck & Bus vs EUIPO — Halla Holdings (MANDO)

    (Kawża T-698/17) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MANDO - Trade marks internazzjonali u nazzjonali figurattivi preċedenti MAN - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Man - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    (2019/C 305/49)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: MAN Truck & Bus (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Röhl, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Ivanauskas u D. Walicka, sussegwentement J Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Halla Holdings Corp. (Yongin-si, il-Korea t’Isfel) (rappreżentanti: M.-R. Hirsch u C. de Haas, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Lulju 2017 (Każ R 1919/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Man Truck & Bus u Halla Holdings.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Lulju 2017 (Każ R 1919/2016-1), hija annullata sa fejn ikkonkludiet l-assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark MANDO u r-reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti Nru 863 418 tat-trade mark figurattiva MAN.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud

    3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 437, 18.12.2017.


    Top